+Artikolu 18
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.

Artikolu 18

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.

Meta tipprijoritizza l-prodotti li għandhom jiġu koperti mir-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-kontribut potenzjali ta’ dawk il-prodotti għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima, l-ambjent u l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-potenzjal għat-titjib tal-aspetti tal-prodott li ma jinvolvix kostijiet sproporzjonati, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari:

(i) 

in-nuqqas jew l-insuffiċjenza tal-liġi tal-Unjoni, jew in-nuqqas ta’ forzi tas-suq jew ta’ miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni biex l-objettiv jiġi indirizzat kif xieraq; u

(ii) 

id-disparità fil-prestazzjoni tal-prodotti disponibbli fis-suq li għandhom funzjonalità ekwivalenti fir-rigward tal-aspetti tal-prodott;

(b) 

il-volum tal-bejgħ u tal-kummerċ ta’ dawk il-prodotti fl-Unjoni;

(c) 

id-distribuzzjoni tul il-katina tal-valur tal-impatti klimatiċi u ambjentali, tal-użu tal-enerġija, tal-użu tar-riżorsi u tal-ġenerazzjoni tal-iskart fir-rigward ta’ dawk il-prodotti;

(d) 

il-ħtieġa li l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 jiġu riveduti u adattati b’mod regolari fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq.

Il-Kummissjoni għandha tistinka wkoll biex tivvaluta l-kontribut potenzjali ta’ dawk il-prodotti għall-funzjonament tas-suq intern u għar-reżiljenza ekonomika tal-Unjoni.

Artikolu 18 2.
Meta tipprijoritizza aspetti li għandhom jiġu koperti minn rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tqis il-benefiċċji li tkopri firxa wiesgħa ta’ prodotti u ta’ gruppi ta’ prodotti fl-istess att delegat fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 18 3.
Il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta’ ħidma u tagħmlu disponibbli għall-pubbliku, flimkien mad-dokumenti ta’ tħejjija rilevanti (il-“pjan ta’ ħidma”). Il-pjan ta’ ħidma għandu jistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ prodotti li jeħtieġ li jingħataw prijorità għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn u l-iskedi taż-żmien stmati għall-istabbiliment tagħhom. Dik il-lista għandha tinkludi l-aspetti tal-prodotti u gruppi ta’ prodotti li jeħtieġ li jitqiesu prijoritajiet għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti orizzontali tal-ekodisinn, kif ukoll prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa, jekk ikun hemm, li fir-rigward tagħhom jeħtieġ li titqies l-introduzzjoni ta’ projbizzjoni fuq il-qerda mill-operaturi ekonomiċi, abbażi tal-informazzjoni konsolidata pprovduta skont l-Artikolu 26 u kwalunkwe evidenza disponibbli oħra

Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tqis l-inklużjoni ta’ tagħmir elettriku u elettroniku meta tidentifika għall-ewwel darba l-prodotti, jekk ikun hemm, li fir-rigward tagħhom hija tqis l-introduzzjoni ta’ projbizzjoni fuq il-qerda mill-operaturi ekonomiċi.

Il-pjan ta’ ħidma għandu jkopri perjodu ta’ mill-anqas tliet snin, u għandu jiġi aġġornat regolarment.

Meta tadotta jew taġġorna l-pjan ta’ ħidma, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 18 4.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz tal-pjan ta’ ħidma lill-Parlament Ewropew qabel l-adozzjoni tal-pjan ta’ ħidma.
Artikolu 18 5.

Fl-ewwel pjan ta’ ħidma, li għandu jiġi adottat sad-19 ta’ April 2025, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-gruppi ta’ prodotti li ġejjin:

(a) 

il-ħadid u l-azzar;

(b) 

l-aluminju;

(c) 

it-tessuti, b’mod partikolari l-ħwejjeġ u x-xedd is-saqajn;

(d) 

l-għamara, inklużi s-saqqijiet;

(e) 

it-tajers;

(f) 

id-deterġenti;

(g) 

iż-żebgħa;

(h) 

il-lubrikanti;

(i) 

is-sustanzi kimiċi;

(j) 

il-prodotti relatati mal-enerġija li għalihom jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ewwel darba jew li għalihom il-miżuri eżistenti adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE jeħtieġ jiġu rieżaminati skont dan ir-Regolament; u

(k) 

il-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u prodotti elettroniċi oħra.

Jekk kwalunkwe wieħed mill-gruppi ta’ prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jiġix inkluż fl-ewwel pjan ta’ ħidma jew jekk jiġi inkluż kwalunkwe grupp ta’ prodotti ieħor, il-Kummissjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tagħha f’dak il-pjan ta’ ħidma.

Artikolu 18 6.
Meta jkun hemm nuqqas ta’ rekwiżiti adegwati tal-prestazzjoni u ta’ rekwiżiti tal-informazzjoni rigward l-impronta ambjentali u tal-karbonju tas-siment skont ir-Regolament dwar il-prodotti għall-bini, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għas-siment f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4 mhux qabel il-31 ta’ Diċembru 2028 u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030.
Artikolu 18 7.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.