+Artikolu 22
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.

Artikolu 22

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
Fil-kuntest ta’ programmi li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-SMEs, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm inizjattivi li jgħinu lil dawk l-intrapriżi biex jintegraw is-sostenibbiltà ambjentali, inkluż l-effiċjenza enerġetika, fil-katina tal-valur tagħhom.
Artikolu 22 2.
Meta tadotta atti delegati skont l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, takkumpanja dawk l-atti delegati b’għodod diġitali u linji gwida li jkopru l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs, u b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, attivi fis-settur tal-prodott jew tal-grupp ta’ prodotti kkonċernati, sabiex tiġi faċilitata l-konformità ta’ dawk l-intrapriżi ma’ dan ir-Regolament. Meta tabbozza dawk il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs.
Artikolu 22 3.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jgħinu lill-SMEs, u b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs dwar it-tip ta’ miżuri li l-SMEs iqisu utli.

Dawk il-miżuri għandhom tal-anqas jinkludu l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi simili biex titqajjem konsapevolezza tar-rekwiżiti tal-ekodisinn u jinħolqu opportunitajiet ta’ networking għall-SMEs, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi, biex jadattaw għar-rekwiżiti tal-ekodisinn.

Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, tali miżuri jistgħu jinkludu:

(a) 

appoġġ finanzjarju, inkluż billi jipprovdu vantaġġi fiskali u jinvestu fl-infrastruttura fiżika u diġitali;

(b) 

aċċess għal finanzi;

(c) 

taħriġ speċjalizzat tal-maniġers u tal-persunal;

(d) 

assistenza organizzazzjonali u teknika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.