+Artikolu 24
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
|
Artikolu 24
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
L-operaturi ekonomiċi li jarmu prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa direttament jew li jkollhom prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija f’isimhom għandhom jiddivulgaw:
(a)
l-għadd u l-piż ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa mormija fis-sena, differenzjati skont it-tip jew il-kategorija ta’ prodotti;
(b)
ir-raġunijiet għar-rimi tal-prodotti, u meta applikabbli, id-deroga rilevanti skont l-Artikolu 25(5);
(c)
il-proporzjon tal-konsenja ta’ prodotti mormija, direttament jew permezz ta’ parti terza, għal kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin: it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluż ir-rinnovazzjoni u l-manifattura mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, irkupru ieħor inkluż l-irkupru tal-enerġija, u l-operazzjonijiet ta’ rimi f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif definita mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(d)
miżuri meħuda u miżuri ppjanati għall-fini tal-prevenzjoni tal-qerda ta’ prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa.
L-operaturi ekonomiċi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu b’mod ċar u viżibbli tal-anqas fuq paġna faċilment aċċessibbli fis-sit web tagħhom. L-operaturi ekonomiċi li huma soġġetti għall-obbligu li jippubblikaw ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà fir-rapport ta’ ġestjoni tagħhom skont l-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE jistgħu jinkludu wkoll dik l-informazzjoni f’dak ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq bażi annwali u għandhom jinkludu bħala parti minn dik l-informazzjoni l-prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li ntremew matul is-sena finanzjarja preċedenti. Huma għandhom jagħmlu l-informazzjoni għal kull sena disponibbli għall-pubbliku. Dik l-ewwel divulgazzjoni għandha tkopri l- prodotti tal-konsumatur mhux mibjugħa li ntremew matul l-ewwel sena finanzjarja sħiħa li matulha kien fis-seħħ dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal intrapriżi mikro u żgħar. Dan il-paragrafu għandu japplika għall-intrapriżi ta’ daqs medju mid-19 ta’ Lulju 2030.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Bl-eċċezzjoni ta’ meta l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti fuq il-bażi ta’ att legali ieħor, l-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni jew minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konsenja u l-wasla tal-prodotti mormija kif divulgat skont il-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu, u, fejn rilevanti, l-informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-applikabbiltà ta’ deroga skont l-Artikolu 25(5). Tali informazzjoni u dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew elettronika fi żmien 30 jum mill-wasla tat-talba.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji u l-format għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż id-delimitazzjoni ta’ tipi jew kategoriji ta’ prodotti u kif trid tiġi vverifikata l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3). L-ewwel att ta’ implimentazzjoni ta’ dan it-tip għandu jiġi adottat sad-19 ta’ Lulju 2025.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|