+Artikolu 28
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
|
Artikolu 28
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
Il-manifattur jista’, permezz ta’ mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat. L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex tal-anqas jagħmel dan li ġej:
(a)
iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal għaxar snin wara li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz dment li ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti f’dak l-att delegat;
(b)
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fuq kwalunkwe miżura meħuda fir-rigward ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tal-prodott kopert mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat;
(c)
abbażi ta’ talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħti lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum minn meta jirċievi tali talba; u
(d)
itemm il-mandat jekk il-manifattur jaġixxi kontra l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|