|
+Artikolu 28 2. |
Artikolu 28 2.Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat biex tal-anqas jagħmel dan li ġej:
(a)
iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni teknika tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal għaxar snin wara li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun tqiegħed fis-suq jew tqiegħed fis-servizz dment li ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti f’dak l-att delegat;
(b)
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fuq kwalunkwe miżura meħuda fir-rigward ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tal-prodott kopert mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat;
(c)
abbażi ta’ talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jagħti lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 15-il jum minn meta jirċievi tali talba; u
(d)
itemm il-mandat jekk il-manifattur jaġixxi kontra l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|