|
+Artikolu 29 2. |
Artikolu 29 2.Qabel ma jqiegħdu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:
(a)
il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet mill-manifattur u li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika;
(b)
il-prodott ikun akkumpanjat mill-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7 u mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; u
(c)
passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 9 u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż kopja ta’ riżerva tal-aktar verżjoni aġġornata tal-passaport diġitali tal-prodotti maħżuna minn fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 10(4). L-importatur għandu jiżgura wkoll li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikollu l-markatura CE meħtieġa msemmija fl-Artikolu 45, meta applikabbli, f’konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 46, jew il-markatura tal-konformità alternattiva kif stabbilit f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), il-punt (d), u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(5) u (6). Meta l-importaturi jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, dawn ma għandhomx iqiegħdu l-prodott fis-suq jew fis-servizz sakemm dan ikun sar konformi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|