+Artikolu 29
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
---+Artikolu 29 8.
|
Artikolu 29
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
L-importaturi għandhom, fir-rigward ta’ prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, iqiegħdu fis-suq biss prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Qabel ma jqiegħdu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:
(a)
il-proċedura xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet mill-manifattur u li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika;
(b)
il-prodott ikun akkumpanjat mill-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7 u mill-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4; u
(c)
passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli f’konformità mal-Artikolu 9 u l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż kopja ta’ riżerva tal-aktar verżjoni aġġornata tal-passaport diġitali tal-prodotti maħżuna minn fornitur ta’ servizzi ta’ passaporti diġitali tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 10(4).
L-importatur għandu jiżgura wkoll li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikollu l-markatura CE meħtieġa msemmija fl-Artikolu 45, meta applikabbli, f’konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 46, jew il-markatura tal-konformità alternattiva kif stabbilit f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), il-punt (d), u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(5) u (6). Meta l-importaturi jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, dawn ma għandhomx iqiegħdu l-prodott fis-suq jew fis-servizz sakemm dan ikun sar konformi.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, l-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati u mezz elettroniku ta’ komunikazzjoni li bih ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati:
(a)
fuq il-parti pubblika tal-passaport diġitali tal-prodotti, meta applikabbli; u
(b)
fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ, jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.
Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw.
|
|
Artikolu 29 4.
|
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet diġitali b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat. Tali struzzjonijiet għandhom ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u jinkludu mill-anqas l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(2), il-punt (b)(ii) kif speċifikat fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4. L-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 27 (7), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, għandhom japplikaw mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 29 5.
|
L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun fir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 29 6.
|
Importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-att għandhom mingħajr dewmien żejjed jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jew biex b’mod immedjat jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jekk ikun xieraq. L-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
|
|
Artikolu 29 7.
|
L-importaturi għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba, għal 10 snin wara li prodott kopert minn att delegat skont l-Artikolu 4 ikun tqiegħed fis-suq jew fis-servizz, sakemm ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti f’dak l-att delegat.
|
|
Artikolu 29 8.
|
L-importaturi għandhom, għall-prodotti koperti minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ dawk il-prodotti, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew f’forma elettronika, malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba minn dik l-awtorità. L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti rigward kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|