+Artikolu 35
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
|
Artikolu 35
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
L-obbligi ġenerali previsti fl-Artikoli 11 u 30 tar-Regolament (UE) 2022/2065 għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-fornituri tas-swieq online għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq it-talba ta’ dawk l-awtoritajiet u f’każijiet speċifiċi, biex jiffaċilitaw kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jimmitigaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ prodott li jkun qed jiġi offrut jew li kien offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom.
|
|
Artikolu 35 2.
|
F’dak li jikkonċerna s-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, għall-prodotti kollha koperti minn att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4, biex jordnaw lil fornitur ta’ suq online biex jaġixxi kontra oġġett speċifiku ta’ kontenut wieħed jew aktar li jirreferi għal prodott mhux konformi, inkluż billi jneħħihom. Tali kontenut għandu jitqies li huwa kontenut illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2022/2065. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2022/2065, joħorġu tali ordnijiet.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Il-fornituri tas-swieq online għandhom jistabbilixxu punt ta’ kuntatt uniku għall-finijiet ta’ komunikazzjoni diretta mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament. Dak il-punt ta’ kuntatt uniku jista’ jkun l-istess punt ta’ kuntatt bħal dak imsemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
) jew l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|