|
+Artikolu 36 2. |
Artikolu 36 2.L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba motivata, jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’dan li ġej:
(a)
l-isem ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
(b)
l-isem ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew tali prodotti, kif ukoll il-kwantitajiet u l-mudelli eżatti ta’ tali prodotti. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal għaxar (10) snin wara li jkunu ġew ipprovduti bil-prodotti rilevanti u għal għaxar (10) snin wara li jkunu pprovdew tali prodotti, sakemm ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma stampata jew elettronika fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|