+Artikolu 36
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
|
Artikolu 36
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
Meta jagħmlu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 disponibbli fis-suq permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, l-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li l-prodott jipprovdi b’mod ċar u viżibbli mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali u elettroniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur;
(b)
fil-każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz postali u elettroniku u n-numru tat-telefon tal-operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020; u
(c)
informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, inkluż stampa tiegħu, it-tip tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott.
|
|
Artikolu 36 2.
|
L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba motivata, jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’dan li ġej:
(a)
l-isem ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi prodott li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4;
(b)
l-isem ta’ kwalunkwe operatur ekonomiku li lilu jkunu pprovdew tali prodotti, kif ukoll il-kwantitajiet u l-mudelli eżatti ta’ tali prodotti.
L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal għaxar (10) snin wara li jkunu ġew ipprovduti bil-prodotti rilevanti u għal għaxar (10) snin wara li jkunu pprovdew tali prodotti, sakemm ma jkunx ġie speċifikat perjodu differenti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma stampata jew elettronika fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 36 3.
|
Meta jirrikjedu li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu partijiet mid-dokumentazzjoni teknika relatata mal-prodott rilevanti disponibbli b’mod diġitali skont l-Artikolu 4(6), il-punt (a)(iii), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
il-ħtieġa li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiffaċilitaw il-verifika tal-konformità tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi mar-rekwiżiti applikabbli; u
(b)
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs.
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-mod li bih jeħtieġ li jkunu disponibbli l-partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika. Meta l-passaport diġitali tal-prodotti jkun disponibbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha ssir disponibbli permezz tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|