|
+Artikolu 37 2. |
Artikolu 37 2.Meta tirrikjedi li prodott ikun kapaċi jkejjel l-enerġija li jikkonsma jew il-prestazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ parametri rilevanti oħra tal-prodott imsemmija fl-Anness I waqt l-użu, skont l-Artikolu 4(6), il-punt (c)(i), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
l-utilità tad-data waqt l-użu għall-utenti finali biex jifhmu u jimmaniġġjaw il-prestazzjoni jew l-użu tal-enerġija tal-prodott;
(b)
il-fattibbiltà teknika tar-reġistrazzjoni tad-data waqt l-użu;
(c)
il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs; u
(d)
il-ħtieġa li jiġi żgurat li ma tinġabar l-ebda data li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwi jew li tippermetti l-inferenza tal-imġiba tal-individwi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|