+Artikolu 37
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.

Artikolu 37

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.

Meta tirrikjedi li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta’ prodott skont l-Artikolu 4(6), il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

id-disponibbiltà ta’ evidenza dwar il-penetrazzjoni tas-suq tal-prodott rilevanti u li hija meħtieġa biex jiġi ffaċilitat ir-rieżami tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 applikabbli għal dak il-prodott;

(b) 

il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs; kif ukoll

(c) 

l-utilità tal-informazzjoni meħtieġa u l-proporzjonalità ta’ dak ir-rekwiżit.

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-perjodu li jeħtieġ li tkun relatata għalih l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dik l-informazzjoni għandha tkun differenzjata skont il-mudell tal-prodott.

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-mezzi li bihom l-informazzjoni rilevanti jeħtieġ issir disponibbli u l-frekwenza li biha tali informazzjoni għandha ssir disponibbli.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni magħmula disponibbli tiġi pproċessata b’mod sigur u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 37 2.

Meta tirrikjedi li prodott ikun kapaċi jkejjel l-enerġija li jikkonsma jew il-prestazzjoni tiegħu fir-rigward ta’ parametri rilevanti oħra tal-prodott imsemmija fl-Anness I waqt l-użu, skont l-Artikolu 4(6), il-punt (c)(i), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-utilità tad-data waqt l-użu għall-utenti finali biex jifhmu u jimmaniġġjaw il-prestazzjoni jew l-użu tal-enerġija tal-prodott;

(b) 

il-fattibbiltà teknika tar-reġistrazzjoni tad-data waqt l-użu;

(c) 

il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs; u

(d) 

il-ħtieġa li jiġi żgurat li ma tinġabar l-ebda data li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwi jew li tippermetti l-inferenza tal-imġiba tal-individwi.

Artikolu 37 3.
Il-prodotti koperti minn rekwiżit stabbilit skont l-Artikolu 4(6), il-punt (c), meta jkun xieraq, f’konformità mal-kriterji fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jirreġistraw id-data waqt l-użu u jagħmlu dan it-tip ta’ data viżibbli għall-utent finali.
Artikolu 37 4.

Meta tirrikjedi li l-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi jiġbru data mhux personali waqt l-użu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u jirrapportaw tali data lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 4(6), il-punt (c)(ii), il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-utilità tad-data mhux personali waqt l-użu għall-Kummissjoni meta tagħmel rieżami tar-rekwiżiti tal-ekodisinn jew tgħin lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’informazzjoni statistika għall-analiżi tagħhom ibbażata fuq ir-riskju; u

(b) 

il-ħtieġa li jkun evitat piż amministrattiv sproporzjonat għall-operaturi, b’mod partikolari għall-SMEs.

Artikolu 37 5.

Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4, jistgħu b’mod partikolari jikkonsistu minn:

(a) 

il-ġbir ta’ data mhux personali waqt l-użu jekk din tkun tista’ tiġi aċċessata mill-bogħod permezz tal-internet wara li l-utent finali jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu biex dik id-data ssir disponibbli; u

(b) 

ir-rapportar ta’ dik id-data lill-Kummissjoni ta’ mill-inqas darba fis-sena.

Fejn ir-rappurtar huwa meħtieġ skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, dik id-data għandha tinkludi, fejn disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-mudell kif reġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u, jekk rilevanti għall-prestazzjoni tagħhom, informazzjoni ġeografika ġenerali dwar il-prodotti.

Artikolu 37 6.
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, fl-att delegat rilevanti, id-dettalji u l-format għar-rapportar tad-data waqt l-użu mhux personali kif imsemmi fil-paragrafu 4.
Artikolu 37 7.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta perjodikament id-data waqt l-użu mhux personali li tirċievi skont il-paragrafu 4 u għandha, meta xieraq, tippubblika settijiet tad-data aggregati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.