+Artikolu 40
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.

Artikolu 40

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1.
L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx iġibu ruħhom b’mod li jdgħajjef il-konformità tal-prodotti ma’ dan ir-Regolament irrispettivament minn jekk dik l-imġiba tkunx ta’ natura kuntrattwali, kummerċjali, teknika jew ta’ natura oħra.
Artikolu 40 2.
Il-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz jekk ikunu tfasslu biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom meta jiġu ttestjati biex jiksbu riżultat aktar favorevoli għal xi wieħed mill-parametri tal-prodott regolati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-prodotti mfassla biex ikunu jistgħu jindividwaw li qed jiġu ttestjati u li jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom b’rispons u l-prodotti mqiegħda minn qabel biex ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom fil-ħin tal-ittestjar għandhom jitqiesu prodotti mfassla biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom meta jiġu ttestjati.

Artikolu 40 3.
L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq jew fis-servizz prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ma għandhomx jippreskrivu struzzjonijiet speċifiċi għall-ittestjar li jbiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tal-prodott biex jinkiseb riżultat aktar favorevoli għal xi wieħed mill-parametri tal-prodott regolati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-istruzzjonijiet li jwasslu għal tibdil manwali tal-prodott, qabel test, li jibdel il-prestazzjoni tal-prodott għandhom jitqiesu li huma struzzjonijiet speċifiċi għall-ittestjar li jbiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tal-prodott.

Artikolu 40 4.
Il-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz jekk ikunu mfassla biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom fi żmien perjodu qasir wara li l-prodott jitqiegħed fis-servizz, u dan iwassal għal deterjorament tal-prestazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-parametri tal-prodott regolati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, jew il-prestazzjoni funzjonali tagħhom mill-perspettiva tal-utent.
Artikolu 40 5.
L-aġġornamenti tas-software jew tal-firmware ma għandhomx iwasslu għad-deterjorament fil-prestazzjoni tal-prodott lil hinn minn marġini aċċettabbli speċifikati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4 rigward xi wieħed mill-parametri tal-prodott regolati f’dawk l-atti delegati jew il-prestazzjoni funzjonali mill-perspettiva tal-utent meta mkejla bil-metodu ta’ ttestjar użat għall-valutazzjoni tal-konformità, ħlief meta l-klijent jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu, qabel l-aġġornament, għal tali deterjorament tal-prestazzjoni. Ma għandu jsir l-ebda tibdil minħabba r-rifjut tal-aġġornament.

L-aġġornamenti tas-software jew tal-firmware ma għandhom fl-ebda ċirkostanza jwasslu għal deterjorament fil-prestazzjoni tal-prodott kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-punt li l-prodott isir mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 applikabbli fiż-żmien tat-tqegħid fis-suq jew fis-servizz tal-prodott.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.