+Artikolu 42
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.
---+Artikolu 42 6.
---+Artikolu 42 7.

Artikolu 42

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu, għall-prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, speċifikazzjonijiet komuni li jkopru r-rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 jew il-metodi ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmija fl-Artikolu 39.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati biss meta l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat għal rekwiżit tal-ekodisinn, għal rekwiżit essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament jew għall-metodu ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmi fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament; u:

(i) 

it-talba ma tkunx ġiet aċċettata;

(ii) 

l-istandard armonizzat li jindirizza dik it-talba ma jitfasslux sal-iskadenza stabbilita skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; jew

(iii) 

l-istandard armonizzat ma jkunx konformi mat-talba; u

(b) 

l-ebda referenza għal standards armonizzati għal rekwiżit tal-ekodisinn jew rekwiżit essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament jew metodu ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmi fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament ma tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda referenza bħal din ma jkun mistenni li tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).

Artikolu 42 2.
Qabel ma tipprepara l-abbozz tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li hija tqis li l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ġew issodisfati.
Artikolu 42 3.
Meta tħejji l-abbozz tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-Forum dwar l-Ekodisinn u tal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri kif ukoll ta’ kwalunkwe korp rilevanti ieħor, u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
Artikolu 42 4.
Il-metodi ta’ ttestjar, kejl u kalkolu msemmija fl-Artikolu 39 li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew partijiet minnhom għandhom jiġu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Artikolu u mar-rekwiżiti tal-ittestjar, tal-kejl u tal-kalkolu stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn tali speċifikazzjoni komuni jew partijiet minnha.
Artikolu 42 5.
Il-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet komuni stabbiliti mill-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew partijiet minnhom għandhom ikunu preżunti li huma konformi mar-rekwiżiti tal-ekodisinn, mar-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti msemmija fl-Artikoli 10 u 11 jew mar-rekwiżiti għall-metodi ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu msemmija fl-Artikolu 39 stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4 li permezz tiegħu dawk il-prodotti jkunu koperti sa fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew partijiet minnhom.
Artikolu 42 6.
Meta standard armonizzat jiġi adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u jiġi propost lill-Kummissjoni għall-fini tal-pubblikazzjoni tar-referenza tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istandard armonizzat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Meta r-referenzi ta’ standard armonizzat jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tħassar l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew il-partijiet minnhom li jkopru l-istess rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti u r-rekwiżiti għall-metodi ta’ ttestjar, kejl jew kalkolu.

Artikolu 42 7.
Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax kompletament ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, ir-rekwiżiti essenzjali għall-passaporti diġitali tal-prodotti u r-rekwiżiti għall-metodi tal-ittestjar, tal-kejl jew tal-kalkolu, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jippreżenta spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.