|
+Artikolu 52 6. |
Artikolu 52 6.Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4 u li fir-rigward tiegħu jkun ġie notifikat, irrispettivament minn kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqux mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu kif ukoll jekk f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu. F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti li dwarhom ikun ġie notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:
(a)
il-persunal meħtieġ b’għarfien tekniku, u b’esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(b)
id-deskrizzjonijiet meħtieġa tal-proċeduri li f’konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni tal-konformità, li jiżguraw it-trasparenza u l-kapaċità li jiġu riprodotti dawk il-proċeduri inkluża deskrizzjoni ta’ kif il-persunal rilevanti, l-istatus u l-kompiti tagħhom jikkorrispondu mal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità li fir-rigward tagħhom il-korp ikun biħsiebu jiġi notifikat;
(c)
politiki u proċeduri xierqa biex issir distinzjoni bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u l-attivitajiet l-oħra tiegħu;
(d)
proċeduri għat-twettiq ta’ attivitajiet li jqisu kif xieraq id-daqs tal-impriża, is-settur li topera fih, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott inkwistjoni u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni. Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha meħtieġa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|