+Artikolu 52
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
---+Artikolu 52 5.
---+Artikolu 52 6.
---+Artikolu 52 7.
---+Artikolu 52 8.
---+Artikolu 52 9.
---+Artikolu 52 10.
---+Artikolu 52 11.
---+Artikolu 52 12.
|
Artikolu 52
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1.
|
Għall-finijiet ta’ notifika, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 12.
|
|
Artikolu 52 2.
|
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u jkollu personalità ġuridika.
|
|
Artikolu 52 3.
|
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodott li jivvaluta. Ma għandu jkollu l-ebda rabta kummerċjali ma’ organizzazzjonijiet li għandhom interess fil-prodotti li jivvaluta, b’mod partikolari l-manifatturi, is-sħab kummerċjali tagħhom u l-investituri azzjonarji tagħhom. Dan ma għandux jipprekludi lill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità milli jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-manifatturi li jikkompetu ma’ xulxin.
|
|
Artikolu 52 4.
|
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-importatur, id-distributur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli mill-manutenzjoni tal-prodotti li huma jivvalutaw, jew ir-rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-prodotti vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti għal għanijiet personali. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, fil-manifattura jew fil-kostruzzjoni, jew fil-kummerċjalizzazzjoni, fl-installazzjoni, fl-użu jew fil-manutenzjoni ta’ dawk il-prodotti, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom ikunu notifikati. Dan għandu japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-kumpaniji omm jew oħt tagħhom, tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom. Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandux jiddelega lil sottokuntrattur jew lil sussidjarja l-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ proċeduri interni, politiki ġenerali, kodiċijiet ta’ kondotta jew regoli interni oħrajn, l-assenjazzjoni ta’ persunal tiegħu għal kompiti speċifiċi jew id-deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità.
|
|
Artikolu 52 5.
|
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku. Għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, b’mod partikolari finanzjarja, li tista’ tinfluwenza l-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.
|
|
Artikolu 52 6.
|
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4 u li fir-rigward tiegħu jkun ġie notifikat, irrispettivament minn kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqux mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu kif ukoll jekk f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu. F’kull żmien u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, u għal kull tip jew kategorija ta’ prodotti li dwarhom ikun ġie notifikat, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:
(a)
il-persunal meħtieġ b’għarfien tekniku, u b’esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(b)
id-deskrizzjonijiet meħtieġa tal-proċeduri li f’konformità magħhom tiġi mwettqa l-valutazzjoni tal-konformità, li jiżguraw it-trasparenza u l-kapaċità li jiġu riprodotti dawk il-proċeduri inkluża deskrizzjoni ta’ kif il-persunal rilevanti, l-istatus u l-kompiti tagħhom jikkorrispondu mal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità li fir-rigward tagħhom il-korp ikun biħsiebu jiġi notifikat;
(c)
politiki u proċeduri xierqa biex issir distinzjoni bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u l-attivitajiet l-oħra tiegħu;
(d)
proċeduri għat-twettiq ta’ attivitajiet li jqisu kif xieraq id-daqs tal-impriża, is-settur li topera fih, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott inkwistjoni u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni.
Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir jew il-faċilitajiet kollha meħtieġa.
|
|
Artikolu 52 7.
|
Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:
(a)
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;
(b)
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jwettqu u awtorità adegwata biex iwettqu dawk il-valutazzjonijiet, inkluż għarfien u fehim xierqa tal-leġiżlazzjoni, ir-rekwiżiti tat-test, tal-kejl u tal-kalkolu rilevanti, tal-istandards armonizzati jew tal-ispeċifikazzjonijiet komuni applikabbli, u tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4;
(c)
il-kapaċità li jifformula ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu twettqu.
|
|
Artikolu 52 8.
|
Il-persunal responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni:
(a)
għandu jkun impjegat mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tan-notifika;
(b)
ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess potenzjali;
(c)
għandu jkun kompetenti biex jivverifika l-valutazzjonijiet magħmula minn persunal ieħor, esperti esterni jew sottokuntratturi;
(d)
għandu jkun biżżejjed fin-numru biex jiżgura l-kontinwità tan-negozju u approċċ konsistenti għall-valutazzjonijiet tal-konformità.
|
|
Artikolu 52 9.
|
Għandha tkun iggarantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u tal-maniġment superjuri tagħhom u tal-persunal tal-valutazzjoni. Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-persunal tal-valutazzjoni ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa jew mir-riżultati tagħhom.
|
|
Artikolu 52 10.
|
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jagħmlu polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx imġarrba mill-Istat f’konformità mal-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.
|
|
Artikolu 52 11.
|
Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 4, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet tan-notifika u awtoritajiet nazzjonali oħra tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti.
|
|
Artikolu 52 12.
|
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal tal-valutazzjoni tagħhom jiġi infurmat dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u jqisu l-gwida u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti maħruġa mill-kumitati tekniċi kompetenti tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|