+Artikolu 56
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
---+Artikolu 56 7.

Artikolu 56

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 1.
L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lil korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52.
Artikolu 56 2.
L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-mezz elettroniku ta’ notifika żviluppat u ġestit mill-Kummissjoni.
Artikolu 56 3.
In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-modulu jew il-moduli tal-valutazzjoni tal-konformità u tal-prodott jew prodotti inkwistjoni u tal-affermazzjoni rilevanti tal-kompetenza.
Artikolu 56 4.
Meta notifika ma tkunx ibbażata fuq ċertifikat ta’ akkreditament kif imsemmi fl-Artikolu 55(2), l-awtorità tan-notifika għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn il-prova dokumentata li tafferma l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-arranġamenti stabbiliti biex ikun żgurat li dak il-korp se jiġi mmonitorjat regolarment u se jkompli jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52.
Artikolu 56 5.
Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità kkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp innotifikat jekk il-Kummissjoni jew l-Istati Membri l-oħra ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni fi żmien ġimagħtejn minn notifika meta jintuża ċertifikat ta’ akkreditament, jew fi żmien xahrejn minn notifika meta ma jintużax akkreditament.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 56 6.
In-notifika għandha ssir valida l-jum wara li l-korp ikun inkluż fil-lista tal-korpi nnotifikati msemmija fl-Artikolu 57(2) mill-Kummissjoni.

Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp innotifikat biss wara li n-notifika tkun saret valida.

Il-Kummissjoni ma għandhiex tippubblika notifika jekk tkun jew issir taf li l-korp innotifikat rilevanti ma jissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52.

Artikolu 56 7.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu notifikati jekk isir tibdil sussegwenti rilevanti fin-notifika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.