+Artikolu 60
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.

Artikolu 60

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60 1.
Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità f’konformità mal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità previsti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4.
Artikolu 60 2.
Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, billi jkunu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom billi jqisu kif xieraq id-daqs tal-impriża, is-settur li fiha hija topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u tan-natura massiva jew serjali tal-proċess ta’ produzzjoni.

B’dan il-mod, dawn għandhom iżda jirrispettaw il-grad ta’ rigorożità u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti rilevanti.

Artikolu 60 3.
Meta korp innotifikat isib li manifattur ma jissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti jew l-istandards armonizzati korrispondenti, l-ispeċifikazzjonijiet komuni jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħra, dan għandu jitlob lil dak il-manifattur jieħu miżuri korrettivi xierqa fid-dawl tal-aħħar valutazzjoni tal-konformità, sakemm in-nuqqasijiet ma jkunux jistgħu jissewwew, f’liema każ ma għandux joħroġ ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni.
Artikolu 60 4.
Meta, waqt il-monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat f’konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità previsti f’att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jew ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni, korp innotifikat isib li l-prodott jew il-manifattur ma jkunux jew ma għadhomx konformi, dan għandu jeżiġi mingħand il-manifattur li dan jieħu miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jew id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 60 5.
Meta ma jittiħdux miżuri korrettivi jew meta dawn ma jħallux l-effett meħtieġ, il-korp innotifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat jew deċiżjoni ta’ approvazzjoni, kif ikun xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.