+Artikolu 61
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
---+Artikolu 61 4.

Artikolu 61

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 61 1.

Il-korpi nnotifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità tan-notifika dwar dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b) 

kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq l-ambitu u fuq il-kundizzjonijiet għan-notifika;

(c) 

kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(d) 

fuq talba, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità mwettqa fl-ambitu tan-notifika tagħhom u kull attività oħra mwettqa, inkluż l-attivitajiet transfruntieri u s-sottokuntrattar.

Artikolu 61 2.
Il-korpi nnotifikati għandhom jipprovdu lill-korpi l-oħra notifikati skont dan ir-Regolament li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkopru l-istess grupp ta’ prodotti b’informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet relatati ma’ riżultati negattivi tal-valutazzjoni tal-konformità u, jekk jintalbu, dawk pożittivi.
Artikolu 61 3.
Meta l-Kummissjoni jew l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru tressaq talba lil korp innotifikat stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor b’rabta mal-valutazzjoni tal-konformità mwettqa minn dak il-korp innotifikat, din għandha tibgħat kopja ta’ dik it-talba lill-awtorità tan-notifika ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. Il-korp innotifikat ikkonċernat għandu jwieġeb din it-talba mingħajr dewmien u fi żmien 15-il jum. L-awtorità tan-notifika għandha tiżgura li tali talbiet jissolvew mill-korp innotifikat.
Artikolu 61 4.

Meta l-korpi nnotifikati jkollhom jew jirċievu evidenza rigward is-segwenti, huma għandhom iwissu, u jikkondividu dik l-evidenza ma’, l-awtorità rilevanti tas-sorveljanza tas-suq jew mal-awtorità tan-notifika rilevanti, kif xieraq:

(a) 

li korp innotifikat ieħor ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52 jew mal-obbligi tiegħu;

(b) 

li imqiegħed fis-suq ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4; jew

(c) 

li prodott imqiegħed fis-suq, minħabba l-kundizzjoni fiżika tiegħu, aktarx li jikkawża riskju serju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.