+Artikolu 65
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.

Artikolu 65

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 65 1.
L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE jew 2014/25/UE, għandhom jagħtu kuntratti pubbliċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għax-xiri ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, jew għal xogħlijiet jew servizzi fejn dawk il-prodotti jintużaw għal attivitajiet li jikkostitwixxu s-suġġett ta’ dawk il-kuntratti (“rekwiżiti minimi”).
Artikolu 65 2.
Ir-rekwiżiti minimi għandhom jiġu stabbiliti kif xieraq, sabiex jiġu inċentivati l-provvista u d-domanda għal prodotti ambjentalment sostenibbli koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, filwaqt li jitqiesu l-valur u l-volum tal-kuntratti pubbliċi mogħtija għall-gruppi ta’ prodotti rilevanti u l-fattibbiltà ekonomika għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti biex jixtru prodotti aktar ambjentalment sostenibbli mingħajr ma jinvolvu kostijiet sproporzjonati.
Artikolu 65 3.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-rekwiżiti minimi fil-forma ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, kriterji tal-għoti, kundizzjonijiet jew miri għat-twettiq tal-kuntratt.

Ir-rekwiżiti minimi għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-aspetti tal-prodott indirizzati fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4 applikabbli għall-gruppi ta’ prodotti inkwistjoni, kif rilevanti għal dawk il-gruppi ta’ prodotti.

Ir-rekwiżiti minimi għandhom ikunu bbażati fuq l-ogħla żewġ klassijiet ta’ prestazzjoni, l-ogħla punteġġi jew, meta ma jkunux disponibbli, fuq l-aħjar livelli ta’ prestazzjoni possibbli kif stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4 applikabbli għall-gruppi ta’ prodotti inkwistjoni.

Il-kriterji tal-għoti għandhom, meta xieraq, ikollhom piż minimu ta’ bejn 15 % u 30 % fil-proċess tal-għoti li jippermettilhom li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-proċedura tal-offerti u li tiffavorixxi l-għażla tal-aktar prodotti ambjentalment sostenibbli.

Il-miri għandhom jirrikjedu, fuq bażi annwali jew pluriennali, perċentwal minimu ta’ 50 % tal-akkwist imwettaq fil-livell ta’ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti, jew fil-livell nazzjonali aggregat, tal-aktar prodotti ambjentalment sostenibbli.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 73(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.