+Artikolu 67 2.

Artikolu 67 2.

Il-Kummissjoni għandha, kull erba’ snin, tfassal rapport sat-30 ta’ Ġunju abbażi tal-informazzjoni mdaħħla mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fis-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

Dak ir-rapport għandu jinkludi:

(a) 

informazzjoni dwar in-natura u l-għadd ta’ kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq matul l-erba’ snin kalendarji preċedenti skont l-Artikolu 34(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(b) 

informazzjoni dwar il-livelli ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati u dwar in-natura u s-severità tal-penali imposti għall-erba’ snin kalendarji preċedenti fir-rigward ta’ prodotti koperti minn atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

tqabbil tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu mal-attivitajiet ippjanati fil-kuntest tat-taqsima dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imfassla skont l-Artikolu 66(1);

(d) 

parametri referenzjarji indikattivi għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-frekwenza tal-kontrolli u tan-natura u s-severità tal-penali imposti;

(e) 

lista ta’ prijoritajiet għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’termini ta’ prodotti u rekwiżiti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.