|
+Artikolu 68 1. |
Artikolu 68 1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ADCO għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari u, meta meħtieġ, fuq talba motivata tal-Kummissjoni jew ta’ żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq parteċipanti jew aktar. Fil-kuntest tat-twettiq tal-kompiti tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-ADCO għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tat-taqsima dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imfassla skont l-Artikolu 66(1) u għandu jidentifika:
(a)
prijoritajiet komuni għas-sorveljanza tas-suq kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 66(1), ibbażati fuq kriterji oġġettivi kif imsemmi fl-Artikolu 66(2);
(b)
prijoritajiet għall-appoġġ tal-Unjoni skont il-paragrafu 2;
(c)
rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 li jiġu applikati jew interpretati b’mod differenti u li għandhom ikunu prijoritajiet għall-organizzazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ komuni jew għall-adozzjoni ta’ linji gwida skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|