+Artikolu 68
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
|
Artikolu 68
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 68 1.
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ADCO għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari u, meta meħtieġ, fuq talba motivata tal-Kummissjoni jew ta’ żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq parteċipanti jew aktar. Fil-kuntest tat-twettiq tal-kompiti tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-ADCO għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tat-taqsima dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq imfassla skont l-Artikolu 66(1) u għandu jidentifika:
(a)
prijoritajiet komuni għas-sorveljanza tas-suq kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 66(1), ibbażati fuq kriterji oġġettivi kif imsemmi fl-Artikolu 66(2);
(b)
prijoritajiet għall-appoġġ tal-Unjoni skont il-paragrafu 2;
(c)
rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 li jiġu applikati jew interpretati b’mod differenti u li għandhom ikunu prijoritajiet għall-organizzazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ komuni jew għall-adozzjoni ta’ linji gwida skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 68 2.
|
Abbażi tal-prijoritajiet identifikati mill-ADCO, il-Kummissjoni għandha:
(a)
torganizza proġetti konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ ttestjar f’oqsma ta’ interess komuni;
(b)
torganizza investiment konġunt fil-kapaċitajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż it-tagħmir u l-għodod tal-IT;
(c)
torganizza programmi ta’ taħriġ komuni għall-persunal tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tan-notifika u l-korpi nnotifikati, inkluż programmi dwar l-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 u dwar il-metodi u t-tekniki rilevanti għall-applikazzjoni jew għall-verifika tal-konformità ma’ tali rekwiżiti;
(d)
tfassal linji gwida għall-applikazzjoni u l-infurzar tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4, inkluż prattiki u metodoloġiji komuni għal sorveljanza effettiva tas-suq.
(e)
meta xieraq, tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati u mal-esperti.
L-Unjoni għandha, meta xieraq, tiffinanzja l-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c).
|
|
Artikolu 68 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku biex tiżgura li l-ADCO jissodisfa l-kompiti tiegħu stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/1020 meta tali kompiti jkunu relatati ma’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|