+Artikolu 69
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.
---+Artikolu 69 6.
---+Artikolu 69 7.
---+Artikolu 69 8.

Artikolu 69

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 1.
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 jippreżenta riskju, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni li tkopri r-rekwiżiti kollha rilevanti għar-riskju u stipulati f’dan ir-Regolament jew fl-att delegat rilevanti.

Meta, tul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew fl-att delegat applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, dawn għandhom, mingħajr dewmien, jitolbu lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata, f’perjodu raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u proporzjonat man-natura u, meta rilevanti, il-grad tan-nuqqas ta’ konformità, biex jintemm in-nuqqas ta’ konformità. Dik l-azzjoni korrettiva tista’ tinkludi fost l-oħrajn l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw b’dan lill-korp innotifikat rilevanti.

Artikolu 69 2.
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni u tal-azzjoni korrettiva li eżiġew li jieħu l-operatur ekonomiku.
Artikolu 69 3.
L-operatur ekonomiku rilevanti għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati kollha li jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.
Artikolu 69 4.
Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jew jekk jippersisti n-nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-prodott ikkonċernat fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtirawh minn dak is-suq jew biex isejħuh lura.

Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, b’dawk il-miżuri.

Artikolu 69 5.

L-informazzjoni li għandha tingħata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw ukoll jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex minħabba:

(a) 

in-nuqqas tal-prodott li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament; jew

(b) 

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmijin fl-Artikoli 41 u 42 ta’ dan ir-Regolament li jagħtu preżunzjoni ta’ konformità.

Artikolu 69 6.
L-Istati Membri għajr l-Istat Membru li jibda l-proċedura għandhom mingħajr dewmien jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tal-prodott ikkonċernat, u, f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali notifikata, tal-oġġezzjonijiet tagħhom.
Artikolu 69 7.
Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata. Dik il-miżura provviżorja tista’ tispeċifika perjodu ta’ aktar minn tliet xhur biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-prodotti jew tar-rekwiżiti kkonċernati.
Artikolu 69 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.