|
+Artikolu 79 1. |
Artikolu 79 1.Id-Direttiva 2009/125/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ Lulju 2024, bl-eċċezzjoni:
(a)
tal-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 8(2), l-Artikoli 11, 14, 15, 18 u 19 u l-Annessi I, II, IV, V u VII tad-Direttiva 2009/125/KE fil-verżjoni applikabbli fis-17 ta’ Lulju 2024, li, minflok l-Artikoli 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 19 u 20 ta’ u l-Annessi I, II, III u IV ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw:
(i)
sal-31 ta’ Diċembru 2026, fir-rigward talpannelli fotovoltajċi, tal-ħiters tal-post u dawk ikkombinati, tal-ħiters tal-ilma, tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwil solidu, tal-kundizzjonaturi tal-arja inklużi l-pompi tas-sħana arja-arja u l-fannijiet għall-użu personali, tal-bojlers tal-fjuwil solidu, tal-prodotti tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-arja, tal-unitajiet tal-ventilazzjoni, tal-vacuum cleaners, tal-apparati tat-tisjir, tal-pompi tal-ilma, tal-fannijiet industrijali, taċ-ċirkolaturi, tal-provvisti tal-elettriku esterni, tal-kompjuters, tas-servers u tal-prodotti tal-ħżin tad-data, tat-transformers tal-enerġija, tat-tagħmir professjonali għar-refriġerazzjoni u tat-tagħmir għall-immaġnijiet;
(ii)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, fir-rigward ta’ prodotti regolati minn miżuri ta’ implimentazzjoni li huma adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE, madankollu biss sa fejn ikunu meħtieġa emendi biex jiġu indirizzati kwistjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.
(b)
L-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-Artikoli 4, 5 u 8, l-Artikolu 9(3), l-Artikoli 10, 14 u 20 ta’ u l-Annessi IV, V u VI tad-Direttiva 2009/125/KE fil-verżjoni applikabbli fis-17 ta’ Lulju 2024, li, minflok l-Artikoli 1, 27, 29 u 2, l-Artikolu 41(4), l-Artikolu 43(2), l-Artikoli 44, 45 u 46 u l-Artikolu 74 ta’ u l-Annessi IV u V ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta’ prodotti regolati minn miżuri ta’ implimentazzjoni li huma adottati skont l-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva sakemm tali miżuri jitħassru jew jiġu ddikjarati obsoleti. Il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandu japplika ladarba l-Kummissjoni tkun adottat miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE għall-prodotti msemmija fil-punt (a)(i) u (ii). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|