+Artikolu 79
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.
---+Artikolu 79 3.
---+Artikolu 79 4.
|
Artikolu 79
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 79 1.
|
Id-Direttiva 2009/125/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ Lulju 2024, bl-eċċezzjoni:
(a)
tal-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 8(2), l-Artikoli 11, 14, 15, 18 u 19 u l-Annessi I, II, IV, V u VII tad-Direttiva 2009/125/KE fil-verżjoni applikabbli fis-17 ta’ Lulju 2024, li, minflok l-Artikoli 1, 2, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 19 u 20 ta’ u l-Annessi I, II, III u IV ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw:
(i)
sal-31 ta’ Diċembru 2026, fir-rigward talpannelli fotovoltajċi, tal-ħiters tal-post u dawk ikkombinati, tal-ħiters tal-ilma, tal-ħiters tal-post lokali tal-fjuwil solidu, tal-kundizzjonaturi tal-arja inklużi l-pompi tas-sħana arja-arja u l-fannijiet għall-użu personali, tal-bojlers tal-fjuwil solidu, tal-prodotti tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-arja, tal-unitajiet tal-ventilazzjoni, tal-vacuum cleaners, tal-apparati tat-tisjir, tal-pompi tal-ilma, tal-fannijiet industrijali, taċ-ċirkolaturi, tal-provvisti tal-elettriku esterni, tal-kompjuters, tas-servers u tal-prodotti tal-ħżin tad-data, tat-transformers tal-enerġija, tat-tagħmir professjonali għar-refriġerazzjoni u tat-tagħmir għall-immaġnijiet;
(ii)
sal-31 ta’ Diċembru 2030, fir-rigward ta’ prodotti regolati minn miżuri ta’ implimentazzjoni li huma adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE, madankollu biss sa fejn ikunu meħtieġa emendi biex jiġu indirizzati kwistjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.
(b)
L-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-Artikoli 4, 5 u 8, l-Artikolu 9(3), l-Artikoli 10, 14 u 20 ta’ u l-Annessi IV, V u VI tad-Direttiva 2009/125/KE fil-verżjoni applikabbli fis-17 ta’ Lulju 2024, li, minflok l-Artikoli 1, 27, 29 u 2, l-Artikolu 41(4), l-Artikolu 43(2), l-Artikoli 44, 45 u 46 u l-Artikolu 74 ta’ u l-Annessi IV u V ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta’ prodotti regolati minn miżuri ta’ implimentazzjoni li huma adottati skont l-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva sakemm tali miżuri jitħassru jew jiġu ddikjarati obsoleti.
Il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandu japplika ladarba l-Kummissjoni tkun adottat miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE għall-prodotti msemmija fil-punt (a)(i) u (ii).
|
|
Artikolu 79 2.
|
L-Artikoli 3 u 40 u l-Artikoli 66 sa 71 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti regolati mill-miżuri ta’ implimentazzjoni li huma adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE.
|
|
Artikolu 79 3.
|
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.
|
|
Artikolu 79 4.
|
Għall-prodotti mqiegħda fis-suq jew fis-servizz skont id-Direttiva 2009/125/KE qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament li jkopri l-istess prodotti, il-manifattur għandu, għal perjodu ta’ għaxar snin mid-data meta ġie manifatturat l-aħħar prodott minn dawk il-prodotti, jagħmel verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni relatata mal-valutazzjoni tal-konformità u mad-dikjarazzjoni ta’ konformità disponibbli għall-ispezzjoni fi żmien għaxart ijiem minn talba li tasal mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew mill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|