1. Meta jistabbilixxu jew japprovaw tariffi jew il-metodoloġiji li għandhom jintużaw mill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni, mill-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, mill-operaturi tal-faċilita’ tal-LNG jew minn entitajiet regolati oħrajn, inkluż, fejn applikabbli, l-operaturi tal-ħżin tal-gass taħt l-art, l-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Kapitolu X tad-Direttiva (UE) 2024/1788 għandhom iqisu l-kostijiet imġarrba u l-investimenti magħmula sabiex jikkonformaw mal-obbligi skont dan ir-Regolament, sa fejn dawn jikkorrispondu ma’ dawk ta’ entità regolata effiċjenti u strutturalment komparabbli u jkunu trasparenti.
Il-kostijiet unitarji ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet regolatorji biex jagħmlu valutazzjoni komparattiva tal-kostijiet imġarrba mill-operaturi.