+Artikolu 3 Spejjeż imġarrba mill-operaturi
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2

Artikolu 3 Spejjeż imġarrba mill-operaturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Meta jistabbilixxu jew japprovaw tariffi jew il-metodoloġiji li għandhom jintużaw mill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni, mill-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, mill-operaturi tal-faċilita’ tal-LNG jew minn entitajiet regolati oħrajn, inkluż, fejn applikabbli, l-operaturi tal-ħżin tal-gass taħt l-art, l-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u l-Kapitolu X tad-Direttiva (UE) 2024/1788 għandhom iqisu l-kostijiet imġarrba u l-investimenti magħmula sabiex jikkonformaw mal-obbligi skont dan ir-Regolament, sa fejn dawn jikkorrispondu ma’ dawk ta’ entità regolata effiċjenti u strutturalment komparabbli u jkunu trasparenti.

Il-kostijiet unitarji ta’ investiment imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet regolatorji biex jagħmlu valutazzjoni komparattiva tal-kostijiet imġarrba mill-operaturi.

Artikolu 3 2

2.   Kull 3 snin, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli għall-pubbliku sett ta’ indikaturi u valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil tal-kostijiet unitarji ta’ investiment marbuta mal-kejl, il-kwantifikazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rappurtar, il-verifika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan, inkluż minn tnixxijiet, ivventjar jew ivvampjar, għal proġetti komparabbli.

L-awtoritajiet regolatorji rilevanti msemmija fl-ewwel paragrafu u l-entitajiet regolati rilevanti għandhom jipprovdu lill-ACER bid-data kollha meħtieġa għat-tqabbil imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.