2. Kull 3 snin, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għandha tistabbilixxi u tagħmel disponibbli għall-pubbliku sett ta’ indikaturi u valuri ta’ referenza korrispondenti għat-tqabbil tal-kostijiet unitarji ta’ investiment marbuta mal-kejl, il-kwantifikazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rappurtar, il-verifika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan, inkluż minn tnixxijiet, ivventjar jew ivvampjar, għal proġetti komparabbli.
L-awtoritajiet regolatorji rilevanti msemmija fl-ewwel paragrafu u l-entitajiet regolati rilevanti għandhom jipprovdu lill-ACER bid-data kollha meħtieġa għat-tqabbil imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.