7. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu ftehimiet formali ma’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji jew servizzi rilevanti tal-Unjoni jew ma’ Stati Membri oħra jew organizzazzjonijiet intergovernattivi jew korpi pubbliċi adatti oħra, fejn disponibbli, għall-għoti ta’ kompetenzi ta’ esperti speċjalizzati b’appoġġ għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom fit-twettiq tal-kompiti attribwiti lilhom minn dan l-Artikolu.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, organizzazzjoni intergovernattiva jew korp pubbliku ma għandux jitqies adatt meta l-oġġettività tiegħu tista’ tiġi kompromessa b’kunflitt ta’ interess.