+Artikolu 6 Spezzjonijiet
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7

Artikolu 6 Spezzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   L-ispezzjonijiet għandhom jinkludu spezzjonijiet ta’ rutina għall-operaturi u l-operaturi tal-minjieri u spezzjonijiet mhux ta’ rutina għall-operaturi, l-impriżi, l-operaturi tal-minjieri u l-importaturi, kif stabbilit f’dan l-Artikolu.

Artikolu 6 2

2.   L-ispezzjonijiet għandhom jinkludu, fejn rilevanti, kontrolli fuq il-post jew awditi fuq il-post, eżami tad-dokumentazzjoni u r-rekords li juru l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, detezzjoni u kejl tal-emissjonijiet tal-metan u kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu mwettqa mill-awtorità kompetenti jew f’isimha sabiex tivverifika u tippromwovi l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Meta spezzjoni tkun identifikat ksur serju ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu, bħala parti mir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, avviż ta’ azzjonijiet ta’ rimedju li għandhom jitwettqu mill-operatur, mill-impriża, mill-operatur tal-minjieri jew mill-importatur, li jistabbilixxi skadenzi ċari għal dawk l-azzjonijiet.

Alternattivament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu struzzjonijiet lill-operatur, lill-impriza, lill-operatur tal-minjieri jew lill-importatur biex jissottometti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti sett ta’ azzjonijiet ta’ rimedju biex jindirizza l-ksur serju li jkunu identifikaw fi żmien xahar mill-konklużjoni tal-ispezzjoni. Dawk il-frażijiet għandhom ikunu inklużi fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5.

Artikolu 6 3

3.   L-ewwel spezzjoni ta’ rutina għandha titlesta sal-5 ta’ Mejju 2026. Wara l-ewwel spezzjoni ta’ rutina, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu programmi għall-ispezzjonijiet ta’ rutina abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi dwar l-ambitu u l-frekwenza tal-ispezzjonijiet ta’ rutina, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji assoċjati ma’ kull sit, bħar-riskju ambjentali, inkluż l-impatt kumulattiv tal-emissjonijiet kollha tal-metan bħala inkwinant, riskji għas-sikurezza tal-bniedem u għas-saħħa kif ukoll kwalunkwe ksur identifikat ta’ dan ir-Regolament.

Il-perjodu bejn l-ispezzjonijiet ma għandux jeċċedi 3 snin. Meta spezzjoni tkun identifikat ksur serju ta’ dan ir-Regolament, l-ispezzjoni sussegwenti għandha ssir fi żmien 10 xhur.

Artikolu 6 4

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet mhux ta’ rutina sabiex:

(a)

jinvestigaw ilmenti sostanzjati msemmija fl-Artikolu 7 u okkorrenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mill-aktar fis possibbli wara d-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti saru konxji ta’ tali lmenti jew nuqqas ta’ konformità u mhux aktar minn 10 xhur dwar dik id-data;

(b)

sabiex jiġi żgurat, fejn jitqies rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti, li t-tiswijiet tat-tnixxijiet jew is-sostituzzjonijiet tal-komponenti jkunu saru f’konformità mal-Artikolu 14 u li l-miżuri ta’ mitigazzjoni ġew implimentati f’konformità mal-Artikoli 18, 22 u 26;

(c)

jiżguraw il-konformità fejn tkun ingħatat deroga skont l-Artikolu 14(5);

(d)

jivverifikaw, fejn jitqies rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti, il-konformità tal-impriżi u tal-importaturi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6 5

5.   Wara kull spezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħejju rapport li jgħid il-bażi ġuridika għall-ispezzjoni, il-passi proċedurali segwiti, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti għal azzjonijiet ulterjuri mill-operatur, mill-impriża, mill-operatur tal-minjieri jew mill-importatur, inkluż l-iskadenzi għall-implimentazzjoni tagħhom.

Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħejju rapport wieħed li jkopri diversi spezzjonijiet ta’ assi, siti jew komponenti tal-istess operatur, impriża, operatur tal-minjieri jew importatur dment li tali spezzjonijiet jitwettqu qabel l-ispezzjoni ta’ rutina li jmiss.

Ir-rapport għandu jiġi nnotifikat lill-operatur, lill-impriża, lill-operatur tal-minjieri jew lill-importatur ikkonċernat u jkun disponibbli għall-pubbliku fi żmien xahrejn mid-data tal-ispezzjoni. Meta l-ispezzjoni tkun ġie skattata minn ilment magħmul f’konformità mal-Artikolu 7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ilmentatur ladarba r-rapport ikun disponibbli għall-pubbliku.

Ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE. Meta l-informazzjoni tinżamm għal raġuni waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw it-tip ta’ informazzjoni li hija miżmuma u r-raġunijiet għal dan fir-rapport.

Artikolu 6 6

6.   Fejn ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 5 jikkonkludi li operatur, impriża, operatur tal-minjieri jew importatur ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex iġib l-operazzjonijiet tiegħu f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-azzjonijiet għandhom jittieħdu, mingħajr dewmien, fil-perjodu stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 6 7

7.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu ftehimiet formali ma’ istituzzjonijiet, korpi, aġenziji jew servizzi rilevanti tal-Unjoni jew ma’ Stati Membri oħra jew organizzazzjonijiet intergovernattivi jew korpi pubbliċi adatti oħra, fejn disponibbli, għall-għoti ta’ kompetenzi ta’ esperti speċjalizzati b’appoġġ għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom fit-twettiq tal-kompiti attribwiti lilhom minn dan l-Artikolu.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, organizzazzjoni intergovernattiva jew korp pubbliku ma għandux jitqies adatt meta l-oġġettività tiegħu tista’ tiġi kompromessa b’kunflitt ta’ interess.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.