2. Fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-verifikaturi għandhom jużaw l-istandards u l-preskrizzjonijiet tekniċi, kif applikabbli, għall-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan, u l-mitigazzjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 32.
Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards u l-preskrizzjonijiet tekniċi kif applikabbli, l-operaturi, l-impriżi, l-operaturi tal-minjieri u l-importaturi, kif applikabbli, għandhom jipprovdu informazzjoni lill-verifikaturi dwar l-istandards rilevanti, inkluż standards Ewropej jew oħrajn internazzjonali, jew metodoloġiji użati minnhom, għall-fini tal-attivitajiet ta’ verifika.
L-attivitajiet ta’ verifika għandhom jinkludu wkoll, fejn rilevanti, kontrolli fuq il-post b’avviż minn qabel kif ukoll għal għarrieda sabiex jivvalutaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tas-sorsi tad-data u tal-metodoloġiji użati.