+Artikolu 8 Attivitajiet ta’ verifika u dikjarazzjoni ta’ verifika
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
|
Artikolu 8 Attivitajiet ta’ verifika u dikjarazzjoni ta’ verifika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Il-verifikaturi għandhom iwettqu attivitajiet ta’ verifika biex jivvalutaw il-konformità tar-rapporti dwar l-emissjonijiet sottomessi lilhom mill-operaturi, mill-impriżi, mill-operaturi tal-minjieri jew mill-importaturi, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-attivitajiet ta’ verifika għandhom jinkludu r-rieżami tas-sorsi tad-data u l-metodoloġiji kollha użati sabiex jiġu vvalutati l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-preċiżjoni tar-rapporti ta’ emissjonijiet, b’mod partikolari dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-għażla u l-użu tal-fatturi tal-emissjonijiet;
|
|
(b)
|
il-metodoloġiji, il-kalkoli, it-teħid ta’ kampjuni jew id-distribuzzjonijiet statistiċi li jwasslu għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan;
|
|
(c)
|
kwalunkwe riskju ta’ kejl jew rappurtar mhux xieraq;
|
|
(d)
|
kwalunkwe sistema ta’ kontroll tal-kwalità jew ta’ garanzija tal-kwalità applikata mill-operaturi, mill-impriżi, mill-operaturi tal-minjieri jew mill-importaturi.
|
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-verifikaturi għandhom jużaw l-istandards u l-preskrizzjonijiet tekniċi, kif applikabbli, għall-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan, u l-mitigazzjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 32.
Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards u l-preskrizzjonijiet tekniċi kif applikabbli, l-operaturi, l-impriżi, l-operaturi tal-minjieri u l-importaturi, kif applikabbli, għandhom jipprovdu informazzjoni lill-verifikaturi dwar l-istandards rilevanti, inkluż standards Ewropej jew oħrajn internazzjonali, jew metodoloġiji użati minnhom, għall-fini tal-attivitajiet ta’ verifika.
L-attivitajiet ta’ verifika għandhom jinkludu wkoll, fejn rilevanti, kontrolli fuq il-post b’avviż minn qabel kif ukoll għal għarrieda sabiex jivvalutaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-akkuratezza tas-sorsi tad-data u tal-metodoloġiji użati.
|
|
Artikolu 8 3
|
3. L-attivitajiet ta’ verifika msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu allinjati ma’ standards u metodoloġiji Ewropej jew oħrajn internazzjonali għall-verifikaturi sabiex jiġi limitat il-piż fuq l-operaturi, l-impriżi, l-operaturi tal-minjieri jew l-importaturi, u fuq l-awtoritajiet kompetenti u għandhom iqisu kif xieraq in-natura tal-attivitajiet ivverifikati u l-gwida maħruġa mill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
|
|
Artikolu 8 4
|
4. Jekk, wara l-valutazzjoni tagħhom, il-verifikaturi jikkonkludu b’aċċertament raġonevoli li r-rapport dwar l-emissjonijiet jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom joħorġu dikjarazzjoni ta’ verifika li tiċċertifika l-konformità tar-rapport dwar l-emissjonijiet u li tispeċifika l-attivitajiet ta’ verifika mwettqa.
Il-verifikaturi għandhom joħorġu biss dikjarazzjoni ta’ verifika fejn data u informazzjoni affidabbli, kredibbli u preċiżi jippermettu li l-emissjonijiet tal-metan jiġu ddeterminati bi grad raġonevoli ta’ ċertezza u dment li d-data rapportata tkun koerenti mad-data stmata, kompluta u konsistenti.
Jekk, wara l-valutazzjoni tagħhom, il-verifikaturi jikkonkludu li r-rapport dwar l-emissjonijiet ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-verifikaturi għandhom jinformaw lill-operatur, lill-impriża, lill-operatur tal-minjieri jew lill-importatur b’dik il-konklużjoni u jipprovdu feedback raġunat lill-operatur, lill-impriża, l-operatur tal-minjieri jew lill-importatur fid-dawl ta’ standards rikonoxxuti. L-operatur, l-impriżi, l-operatur tal-minjieri jew l-importatur għandhom jissottomettu rapport rivedut dwar l-emissjonijiet lill-verifikatur mingħajr dewmien u sal-iskadenza stabbilita mill-verifikatur.
|
|
Artikolu 8 5
|
5. L-operaturi, l-impriżi, l-operaturi tal-minjieri u l-importaturi għandhom jipprovdu lill-verifikaturi bl-assistenza kollha meħtieġa sabiex jippermettu jew jiffaċilitaw it-twettiq tal-attivitajiet ta’ verifika, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għas-sit u s-sottomissjoni ta’ dokumentazzjoni jew rekords.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|