4. Jekk, wara l-valutazzjoni tagħhom, il-verifikaturi jikkonkludu b’aċċertament raġonevoli li r-rapport dwar l-emissjonijiet jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom joħorġu dikjarazzjoni ta’ verifika li tiċċertifika l-konformità tar-rapport dwar l-emissjonijiet u li tispeċifika l-attivitajiet ta’ verifika mwettqa.
Il-verifikaturi għandhom joħorġu biss dikjarazzjoni ta’ verifika fejn data u informazzjoni affidabbli, kredibbli u preċiżi jippermettu li l-emissjonijiet tal-metan jiġu ddeterminati bi grad raġonevoli ta’ ċertezza u dment li d-data rapportata tkun koerenti mad-data stmata, kompluta u konsistenti.
Jekk, wara l-valutazzjoni tagħhom, il-verifikaturi jikkonkludu li r-rapport dwar l-emissjonijiet ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-verifikaturi għandhom jinformaw lill-operatur, lill-impriża, lill-operatur tal-minjieri jew lill-importatur b’dik il-konklużjoni u jipprovdu feedback raġunat lill-operatur, lill-impriża, l-operatur tal-minjieri jew lill-importatur fid-dawl ta’ standards rikonoxxuti. L-operatur, l-impriżi, l-operatur tal-minjieri jew l-importatur għandhom jissottomettu rapport rivedut dwar l-emissjonijiet lill-verifikatur mingħajr dewmien u sal-iskadenza stabbilita mill-verifikatur.