6. L-operaturi u l-impriżi stabbiliti fl-Unjoni għandhom iqabblu l-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors tal-emissjonijiet tal-metan u l-kejl fil-livell tas-sit tal-emissjonijiet tal-metan. Jekk ikun hemm diskrepanzi statistikament sinifikanti bejn il-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors u l-kejl fil-livell tas-sit tal-emissjonijiet tal-metan, l-operaturi u l-impriżi għandhom:
|
(a)
|
jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti qabel tmiem il-perjodu ta’ rappurtar;
|
|
(b)
|
iwettqu proċess ta’ rikonċiljazzjoni malajr kemm jista’ jkun u, jinformaw lill-awtorità kompetenti dwar ir-riżultati tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, inkluż kwalunkwe evidenza u dokumenti ta’ sostenn, kif meħtieġ, mhux aktar tard mill-perjodu ta’ rappurtar li jmiss.
|
Il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni għandu jindirizza r-raġunijiet possibbli għad-diskrepanzi, inkluż mill-inqas il-preċiżjoni u l-adegwatezza tat-teknoloġiji u l-metodi użati għall-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors u l-kejl fil-livell tas-sit tal-emissjonijiet tal-metan, jew kwalunkwe inċertezza tad-data fir-riżultati minħabba l-metodi, it-teknoloġiji jew l-estrapolazzjoni tar-riżultati magħżula.
Għall-finijiet tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, l-operaturi u l-impriżi għandhom jikkunsidraw kwantifikazzjoni addizzjonali fil-livell tas-sors jew kejl fil-livell tas-sit sabiex jipprovdu l-evidenza meħtieġa biex jispjegaw ir-raġunijiet għad-diskrepanzi. Abbażi tar-riżultati tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, l-operaturi u l-impriżi għandhom jimplimentaw aġġustamenti sussegwenti f’termini numeriċi fil-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors jew fil-kejl fil-livell tas-sit, fejn xieraq.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-informazzjoni pprovduta mill-operatur jew l-impriża skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma tispjegax b’mod adegwat ir-raġunijiet għad-diskrepanzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur jew lill-impriża jipprovdu informazzjoni addizzjonali jew jieħdu azzjoni addizzjonali.