+Artikolu 12 Monitoraġġ u rappurtar
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
---+Artikolu 12 6
---+Artikolu 12 7
---+Artikolu 12 8

Artikolu 12 Monitoraġġ u rappurtar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   Sal-5 ta’ Awwissu 2025, l-operaturi għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fih il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors stmati mill-inqas bl-użu ta’ fatturi ta’ emissjoni ġeneriċi għas-sorsi kollha. Dak ir-rapport jista’ jkun fih kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 għal xi wħud mis-sorsi jew għas-sorsi kollha.

Artikolu 12 2

2.   L-operaturi u l-impriżi stabbiliti fl-Unjoni għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab l-assi li jkun fih kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors:

(a)

għall-assi operattivi, sal-5 ta’ Frar 2026; kif ukoll

(b)

għall-assi mhux operattivi, sal-5 ta’ Frar 2027, dment li dawk l-assi ma jkunux ġew irrapportati skont il-punt (a).

Meta ma jkunx possibbli kejl dirett, ir-rappurtar għandu jinvolvi l-użu ta’ fatturi speċifiċi ta’ emissjoni bbażati fuq kwantifikazzjoni jew kampjunar fil-livell tas-sors.

Artikolu 12 3

3.   L-operaturi u l-impriżi li huma stabbiliti fl-Unjoni għandhom jissottomettu rapport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab l-assi li jkun fih kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors, ikkomplementata minn kejl tal-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sit, u b’hekk ikunu jistgħu jiġu vvalutati u mqabbla l-istimi fil-livell tas-sors aggregati skont is-sit:

(a)

għall-assi operattivi, sal-5 ta’ Frar 2027 u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem; kif ukoll

(b)

għall-assi mhux operattivi, sal-5 ta’ Awwissu 2028 u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena minn hemm ’il quddiem, dment li dawk ma jkunux ġew irrapportati skont il-punt (a).

Qabel is-sottomissjoni tar-rapport lill-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi u l-impriżi għandhom jiżguraw li r-rapport huwa vvalutat minn verifikatur u jinkludi dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa f’konformità mal-Artikolu 8.

Artikolu 12 4

4.   Ir-rapporti previsti f’dan l-Artikolu għandhom ikopru l-aħħar perjodu ta’ sena kalendarja disponibbli u jinkludu mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip u l-post tas-sorsi ta’ emissjoni;

(b)

data dettaljata għal kull tip ta’ sors ta’ emissjoni, irrapportata f’tunnellati ta’ metan u f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2, bl-użu ta’ potenzjali ta’ tisħin globali kif definit fis-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC);

(c)

informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġiji ta’ kwantifikazzjoni;

(d)

l-emissjonijiet kollha tal-metan għall-assi operattivi;

(e)

is-sehem tas-sjieda u l-emissjonijiet tal-metan minn assi mhux operattivi multiplikati bis-sehem tas-sjieda;

(f)

lista tal-entitajiet bil-kontroll operazzjonali tal-assi mhux operattivi.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi mudell ta’ rappurtar għar-rapporti previsti f’dan l-Artikolu, b’kont meħud tar-rapporti tal-inventarju nazzjonali diġà fis-seħħ u l-aktar dokumenti reċenti ta’ gwida teknika u mudelli ta’ rappurtar tal-OGMP. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 35(2).

Sal-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti, l-operaturi u l-impriżi għandhom jużaw id-dokumenti ta’ gwida teknika u l-mudelli ta’ rappurtar għal operazzjonijiet upstream u għal dawk midstream u downstream, kif applikabbli, tal-OGMP 2.0.

Artikolu 12 5

5.   Il-kejl u l-kwantifikazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jitwettqu f’konformità mal-istandards u l-preskrizzjonijiet tekniċi, kif applikabbli, stabbiliti skont l-Artikolu 32. Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi, l-operaturi u l-impriżi għandhom isegwu prattiki industrijali tal-ogħla livell u jużaw l-aqwa teknoloġiji disponibbli għall-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan. F’dak il-kuntest, l-operaturi u l-impriżi stabbiliti fl-Unjon jistgħu jużaw l-aktar dokumenti reċenti ta’ gwida teknika tal-OGMP 2.0 approvati sal-4 ta’ Awwissu 2024 għal tali finijiet.

L-operaturi u l-impriżi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-verifikaturi informazzjoni dwar l-istandards, inkluż l-istandards Ewropej jew internazzjonali oħra, jew il-metodoloġiji użati.

Artikolu 12 6

6.   L-operaturi u l-impriżi stabbiliti fl-Unjoni għandhom iqabblu l-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors tal-emissjonijiet tal-metan u l-kejl fil-livell tas-sit tal-emissjonijiet tal-metan. Jekk ikun hemm diskrepanzi statistikament sinifikanti bejn il-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors u l-kejl fil-livell tas-sit tal-emissjonijiet tal-metan, l-operaturi u l-impriżi għandhom:

(a)

jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti qabel tmiem il-perjodu ta’ rappurtar;

(b)

iwettqu proċess ta’ rikonċiljazzjoni malajr kemm jista’ jkun u, jinformaw lill-awtorità kompetenti dwar ir-riżultati tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, inkluż kwalunkwe evidenza u dokumenti ta’ sostenn, kif meħtieġ, mhux aktar tard mill-perjodu ta’ rappurtar li jmiss.

Il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni għandu jindirizza r-raġunijiet possibbli għad-diskrepanzi, inkluż mill-inqas il-preċiżjoni u l-adegwatezza tat-teknoloġiji u l-metodi użati għall-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors u l-kejl fil-livell tas-sit tal-emissjonijiet tal-metan, jew kwalunkwe inċertezza tad-data fir-riżultati minħabba l-metodi, it-teknoloġiji jew l-estrapolazzjoni tar-riżultati magħżula.

Għall-finijiet tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, l-operaturi u l-impriżi għandhom jikkunsidraw kwantifikazzjoni addizzjonali fil-livell tas-sors jew kejl fil-livell tas-sit sabiex jipprovdu l-evidenza meħtieġa biex jispjegaw ir-raġunijiet għad-diskrepanzi. Abbażi tar-riżultati tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni, l-operaturi u l-impriżi għandhom jimplimentaw aġġustamenti sussegwenti f’termini numeriċi fil-kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors jew fil-kejl fil-livell tas-sit, fejn xieraq.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-informazzjoni pprovduta mill-operatur jew l-impriża skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma tispjegax b’mod adegwat ir-raġunijiet għad-diskrepanzi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur jew lill-impriża jipprovdu informazzjoni addizzjonali jew jieħdu azzjoni addizzjonali.

Artikolu 12 7

7.   Meta l-informazzjoni tkun kunfidenzjali f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), l-operaturi jew l-impriżi kkonċernati għandhom jindikaw fir-rapport it-tip ta’ informazzjoni miżmuma u r-raġuni għalfejn.

Artikolu 12 8

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu r-rapporti stabbiliti f’dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 5(4), fi żmien 3 xhur mis-sottomissjoni tagħhom mill-operaturi jew mill-impriżi rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.