|
+Artikolu 14 1 |
Artikolu 14 11. Sal-5 ta’ Mejju 2025 għal siti eżistenti u fi żmien 6 xhur mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet għal siti ġodda, l-operaturi għandhom jissottomettu programm ta’ detezzjoni u tiswija tat-tnixxijiet (“programm LDAR”) lill-awtoritajiet kompetenti. Il-programm LDAR għandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-istħarriġ u l-attivitajiet LDAR, inkluż skedi ta’ żmien speċifiċi, li għandhom jitwettqu f’konformità ma’ dan l-Artikolu, mal-Parti 1 tal-Anness I u l-istandards u l-preskrizzjonijiet tekniċi rilevanti, kif applikabbli, stabbiliti skont l-Artikolu 32. Jekk issir kwalunkwe bidla fil-programm LDAR, l-operaturi għandhom jissottomettu programm LDAR aġġornat lill-awtoritajiet kompetenti malajr kemm jista’ jkun. Sad-data tal-applikazzjoni tal-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32, l-operaturi għandhom isegwu prattiki industrijali tal-ogħla livell u l-aqwa teknoloġiji disponibbli fil-kummerċ għall-istħarriġ LDAR. L-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-verifikaturi b’informazzjoni dwar l-istandards, inkluż l-istandards internazzjonali, jew il-metodoloġiji użati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur jemenda l-programm LDAR filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|