+Artikolu 14 Detezzjoni u tiswija tat-tnixxijiet
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6
---+Artikolu 14 7
---+Artikolu 14 8
---+Artikolu 14 9
---+Artikolu 14 10
---+Artikolu 14 11
---+Artikolu 14 12
---+Artikolu 14 13
---+Artikolu 14 14
---+Artikolu 14 15
---+Artikolu 14 16
---+Artikolu 14 17
|
Artikolu 14 Detezzjoni u tiswija tat-tnixxijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1
|
1. Sal-5 ta’ Mejju 2025 għal siti eżistenti u fi żmien 6 xhur mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet għal siti ġodda, l-operaturi għandhom jissottomettu programm ta’ detezzjoni u tiswija tat-tnixxijiet (“programm LDAR”) lill-awtoritajiet kompetenti.
Il-programm LDAR għandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-istħarriġ u l-attivitajiet LDAR, inkluż skedi ta’ żmien speċifiċi, li għandhom jitwettqu f’konformità ma’ dan l-Artikolu, mal-Parti 1 tal-Anness I u l-istandards u l-preskrizzjonijiet tekniċi rilevanti, kif applikabbli, stabbiliti skont l-Artikolu 32. Jekk issir kwalunkwe bidla fil-programm LDAR, l-operaturi għandhom jissottomettu programm LDAR aġġornat lill-awtoritajiet kompetenti malajr kemm jista’ jkun.
Sad-data tal-applikazzjoni tal-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 32, l-operaturi għandhom isegwu prattiki industrijali tal-ogħla livell u l-aqwa teknoloġiji disponibbli fil-kummerċ għall-istħarriġ LDAR. L-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-verifikaturi b’informazzjoni dwar l-istandards, inkluż l-istandards internazzjonali, jew il-metodoloġiji użati.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur jemenda l-programm LDAR filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 2
|
2. L-operaturi għandhom jibdew l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2 tal-komponenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-programm LDAR mill-aktar fis possibbli mill-4 ta’ Awwissu 2024.
Fi kwalunkwe każ, l-operaturi għandhom iwettqu l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2 sal-5 ta’ Awwissu 2025 għas-siti eżistenti. Mingħajr preġudizzju għall-frekwenzi stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I, l-istħarriġ LDAR tat-tip 2 imwettqa bejn it-3 ta’ Awwissu 2022 u l-4 ta’ Awwissu 2024 jistgħu jitqiesu mill-operaturi bħala l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2.
Fi żmien 9 xhur mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet ta’ siti ġodda, l-operaturi għandhom iwettqu l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2 tal-komponenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-programm LDAR.
Wara li jwettqu l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2, l-operaturi għandhom iwettqu stħarriġ LDAR tat-tip 1 u tat-tip 2 bil-frekwenzi li ġejjin:
|
(a)
|
għal komponenti ta’ fuq l-art u ta’ taħt l-art, minbarra n-networks tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni, f’konformità mal-frekwenzi minimi stabbiliti fil-Parti 1, punt 1, tal-Anness I;
|
|
(b)
|
għall-komponenti tan-networks ta’ distribuzzjoni u trażmissjoni, skont il-frekwenzi minimi stabbiliti fil-Parti 1, punt 2, tal-Anness I;
|
|
(c)
|
għall-komponenti kollha lil hinn mill-kosta, skont il-frekwenzi minimi stabbiliti fil-Parti 1, punt 3, tal-Anness I;
|
|
(d)
|
għall-komponenti l-oħra kollha, skont il-frekwenzi minimi stabbiliti fil-Parti 1, punt 4, tal-Anness I.
|
|
|
Artikolu 14 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jitwettqu stħarriġ LDAR tat-tip 2 f’konformità ma’ dan l-Artikolu, meta jkun meħtieġ stħarriġ LDAR tat-tip 1, l-operaturi jistgħu jagħżlu li jwettqu stħarriġ LDAR tat-tip 2 minflok stħarriġ LDAR tat-tip 1.
|
|
Artikolu 14 4
|
4. Bħala parti mill-istħarriġ LDAR, l-operaturi jistgħu jużaw teknoloġiji avvanzati tad-detezzjoni, dment li:
|
(a)
|
l-awtoritajiet kompetenti japprovaw l-użu tagħhom fil-kuntest tal-programm LDAR;
|
|
(b)
|
il-kejl isir fil-livell ta’ kull sors ta’ emissjoni potenzjali individwali; kif ukoll
|
|
(c)
|
it-teknoloġiji avvanzati tad-detezzjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 7 u 8 u huma f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I.
|
|
|
Artikolu 14 5
|
5. B’deroga mir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta l-operaturi li jipproduċu jew jipproċessaw iż-żejt jew il-gass naturali jipprovdu evidenza, abbażi tal-kejl mill-5 snin preċedenti li ġie rrapportat mill-operaturi f’konformità mal-Artikolu 12 u vvalutat minn verifikatur, li inqas minn 1 % tal-komponenti u s-subkomponenti kollha tagħhom f’kull sit ikunu qed inixxu u li l-emissjonijiet aggregati tal-metan assoċjati ma’ dawk it-tnixxijiet jirrappreżentaw inqas minn 0,08 % tal-volum totali ta’ gass jew 0,015 % tal-massa totali taż-żejt ipproċessat jew estratt, jistgħu jiġu applikati frekwenzi differenti tal-istħarriġ LDAR għall-komponenti f’ siti fejn ma ġiet identifikata l-ebda tnixxija, soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u dment li:
|
(a)
|
għall-komponenti kollha fil-postijiet tal-ipproċessar, l-istħarriġ LDAR tat-tip 1 jitwettaq tal-inqas kull 12-il xahar;
|
|
(b)
|
għal mill-inqas 25 % tal-komponenti kollha fil-postijiet tal-ipproċessar, l-istħarriġ LDAR tat-tip 2 jitwettqu kull 12-il xahar, filwaqt li l-komponenti kollha jiġu vverifikati mill-inqas kull 48 xahar;
|
|
(c)
|
għall-komponenti kollha fil-postijiet tal-produzzjoni, l-istħarriġ LDAR tat-tip 1 jitwettqu mill-inqas kull 36 xahar;
|
|
(d)
|
għall-komponenti kollha fil-postijiet tal-produzzjoni, l-istħarriġ LDAR tat-tip 2 jitwettqu mill-inqas kull 60 xahar.
|
Jekk, wara l-istħarriġ LDAR imwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, 1 % jew aktar tal-komponenti u s-subkomponenti kollha f’kull sit ikunu qed inixxu jew l-emissjonijiet aggregati tal-metan assoċjati ma’ dawk it-tnixxijiet jirrappreżentaw aktar minn 0,08 % tal-volum totali tal-gass jew 0,015 % tal-massa totali taż-żejt ipproċessat jew estratt, l-operatur ikkonċernat għandu jkun soġġett għall-obbligi skont il-paragrafu 2 f’dak is-sit.
L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bid-derogi mogħtija skont dan il-paragrafu u għandha twettaq spezzjonijiet mhux ta’ rutina kif imsemmi fl-Artikolu 6(4).
|
|
Artikolu 14 6
|
6. L-istħarriġ LDAR għandhom jitwettqu b’apparati ta’ detezzjoni li jippermettu li jiġu identifikati tnixxijiet kif ġej, għal kull tip ta’ komponent:
|
(a)
|
f’livell kemm jista’ jkun qrib ta’ kull sors ta’ emissjoni potenzjali individwali għal komponenti ta’ fuq l-art u komponenti ’l fuq mil-livell tal-baħar;
|
|
(b)
|
fl-interfaċċa bejn l-art u l-atmosfera għal komponenti ta’ taħt l-art bħala l-ewwel pass u, jekk tiġi identifikata tnixxija’ kif speċifikat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 7, qrib kemm jista’ jkun tas-sors ta’ emissjoni bħala t-tieni pass;
|
|
(c)
|
bl-applikazzjoni tal-aħjar tekniki ta’ detezzjoni li huma disponibbli fil-kummerċ għal komponenti lil hinn mill-kosta taħt il-livell tal-baħar jew taħt qiegħ il-baħar.
|
|
|
Artikolu 14 7
|
7. Sal-5 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tispeċifika:
|
(a)
|
il-limiti minimi ta’ detezzjoni u t-tekniki ta’ detezzjoni li għandhom jintużaw għall-apparati ta’ detezzjoni differenti użati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-komponenti kollha fil-paragrafu 8;
|
|
(b)
|
il-limiti applikabbli għall-ewwel pass tal-istħarriġ LDAR li għandhom jintużaw biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għall-komponenti ta’ taħt l-art fil-paragrafu 8.
|
Dawk il-limiti minimi ta’ detezzjoni, tekniki u limiti għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar teknoloġiji disponibbli u l-aħjar tekniki ta’ detezzjoni disponibbli, filwaqt li jitqiesu t-tipi differenti ta’ komponenti u stħarriġ LDAR. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 35(3).
Sal-adozzjoni ta’ dak l-att ta’ implimentazzjoni, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 8, l-operaturi għandhom jużaw l-aħjar teknoloġiji disponibbli u l-aħjar tekniki ta’ detezzjoni disponibbli, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għat-tħaddim u l-manutenzjoni.
|
|
Artikolu 14 8
|
8. L-operaturi għandhom isewwu jew jissostitwixxu l-komponenti kollha li jinstabu li qed jarmu l-metan fil-livelli li ġejjin jew ogħla minnhom f’temperatura u pressjoni standard u bl-użu ta’ apparati ta’ detezzjoni f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur għat-tħaddim u l-manutenzjoni:
|
(a)
|
għal stħarriġ LDAR tat-tip 1: 7 000 parti għal kull miljun f’volum ta’ metan jew 17-il gramma fis-siegħa ta’ metan;
|
|
(b)
|
għal stħarriġ LDAR tat-tip 2:
|
(i)
|
500 parti għal kull miljun f’volum ta’ metan jew gramma fis-siegħa ta’ metan għal komponenti ta’ fuq l-art u komponenti lil hinn mill-kosta ’l fuq mil-livell tal-baħar;
|
|
(ii)
|
1 000 parti għal kull miljun f’volum ta’ metan jew 5 grammi fis-siegħa ta’ metan għat-tieni stadju tal-istħarriġ LDAR ta’ komponenti taħt l-art;
|
|
(iii)
|
7 000 parti għal kull miljun f’volum ta’ metan jew 17-il gramma fis-siegħa għal komponenti lil hinn mill-kosta taħt il-livell tal-baħar jew taħt qiegħ il-baħar.
|
|
|
|
Artikolu 14 9
|
9. It-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-komponenti msemmija fil-paragrafu 8 għandha ssir immedjatament wara d-detezzjoni. Fil-każ li t-tiswija ma tkunx tista’ titwettaq immedjatament wara d-detezzjoni, għandu jsir tentattiv ta’ tiswija malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn 5 ijiem wara d-detezzjoni u għandha titlesta fi żmien 30 jum wara d-detezzjoni.
Fejn operatur jista’ juri li t-tiswija jew is-sostituzzjoni ma mhux ser tirnexxi jew mhux ser tkun possibbli fi żmien 5 ijiem għall-ewwel tentattiv jew jekk l-operatur jistenna li tiswija kompluta mhux ser tkun possibbli fi żmien 30 jum minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza, amministrattivi jew tekniċi, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti u jipprovdilhom evidenza ta’ dan flimkien mal-iskedi ta’ tiswija u monitoraġġ li fihom mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness II, mhux aktar tard minn 12-il jum mid-data tad-detezzjoni.
Dawk l-iskedi tat-tiswija u l-monitoraġġ għandhom jinkludu l-evidenza kollha meħtieġa li tiġġustifika kwalunkwe dewmien. Għandhom jiżguraw li l-impatt ambjentali jiġi minimizzat, filwaqt li jiġu rrispettati l-kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza, dawk amministrattivi u tekniċi rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li l-operatur jemenda l-iskedi tat-tiswija u l-monitoraġġ b’kont meħud tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, it-tiswija jew is-sostituzzjoni għandhom jitwettqu malajr kemm jista’ jkun.
L-operaturi għandhom jagħtu prijorità lit-tiswijiet tat-tnixxijiet akbar.
It-tiswijiet jew is-sostituzzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom jużaw l-aqwa teknoloġiji li humaa disponibbli fil-kummerċ u li jipprovdu protezzjoni fit-tul kontra tnixxijiet futuri.
Il-kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza, dawk amministrattivi u tekniċi, kif imsemmija f’dan il-paragrafu, għandhom ikunu limitati għal:
|
(a)
|
is-sikurezza tal-persunal u ta’ persuni oħra li jinsabu qrib it-tnixxija misjuba;
|
|
(b)
|
kwalunkwe impatt ambjentali negattiv jekk l-operatur jista’ juri li dak l-impatt ikun akbar mill-benefiċċji ambjentali, pereżempju fejn tiswija tista’ twassal għal livell ġenerali ogħla ta’ emissjonijiet tal-metan milli kien ikun il-każ kieku t-tiswija ma ssirx;
|
|
(c)
|
l-aċċessibbiltà ta’ komponent, inkluż il-manutenzjoni skedata, ir-rekwiżiti tal-proċess tal-permessi jew l-awtorizzazzjoni amministrattiva meħtieġa;
|
|
(d)
|
in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ partijiet ta’ sostituzzjoni meħtieġa għat-tiswija tal-komponent jew tal-komponenti ta’ sostituzzjoni; kif ukoll
|
|
(e)
|
deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-gass li x’aktarx iwassal għal livell ta’ kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).
|
|
|
Artikolu 14 10
|
10. Meta tkun tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 9, is-sitt subparagrafu, il-punti (a) sa (e), u jkun meħtieġ għeluq qabel ma tkun tista’ titwettaq it-tiswija jew is-sostituzzjoni, l-operaturi għandhom jimminimizzaw it-tnixxija fi żmien 24 siegħa mid-detezzjoni u għandhom isewwu t-tnixxija sa tmiem l-għeluq skedat li jmiss jew fi żmien sena, skont liema minnhom jiġi l-ewwel, sakemm it-twettiq ta’ tiswija aktar kmieni ma jkunx raġonevolment mistenni li jwassal għal sitwazzjoni fejn l-ammont ta’ metan ivventjat matul l-operazzjonijiet ta’ tiswija x’aktarx ikun ferm ogħla mill-ammont ta’ metan li jnixxi fin-nuqqas ta’ tiswija, jew sakemm it-twettiq ta’ tiswija aktar bikrija jista’ jkun raġonevolment mistenni li jwassal għal kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-provvista f’sistemi konnessi żgħar kif definit fid-Direttiva (UE) 2019/944.
Operatur għandu, mingħajr dewmien, jipprovdi l-evidenza kollha meħtieġa li tiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu li jittardja t-tiswija lill-awtoritajiet kompetenti.
Deċiżjoni li tittardja t-tiswija minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ sigurta’, amministrattivi u tekniċi għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u għandha tiġi inkluża fl-iskedi tat-tiswija u l-monitoraġġ. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li l-operatur ikkonċernat jemenda l-iskedi tat-tiswija u l-monitoraġġ b’kont meħud tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 11
|
11. L-operaturi għandhom jistabbilixxu mingħajr dewmien, iżommu aġġornat u jqiegħdu kompletament għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, rekord tad-deċiżjonijiet kollha biex tiġi ttardjata t-tiswija skont dan l-Artikolu, inkluż l-evidenza kollha meħtieġa li tiġġustifika kull deċiżjoni u l-iskedi korrispondenti tat-tiswija u l-monitoraġġ.
|
|
Artikolu 14 12
|
12. Minkejja l-paragrafu 2, l-operaturi għandhom jistħarrġu l-komponenti li nstabu li kienu qed jarmu:
|
(a)
|
f’livelli ta’ metan daqs jew ogħla mil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 8 f’temperatura u pressjoni standard matul stħarriġ LDAR preċedenti, immedjatament wara li tkun twettqet it-tiswija skont il-paragrafu 9, u mhux aktar tard minn 45 ġurnata wara dan, biex jiġi żgurat li t-tiswija kienet ta’ suċċess; u
|
|
(b)
|
f’livelli ta’ metan aktar baxxi mil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 8 f’temperatura u pressjoni standard, mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data li fiha ġew identifikati l-emissjonijiet, biex jiġi vverifikat mill-inqas darba jekk id-daqs ta’ telf tal-metan ikunx inbidel u jekk tkunx meħtieġa tiswija.
|
Meta jiġi identifikat riskju ogħla għas-sikurezza jew riskju ogħla ta’ telf ta’ metan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrakkomandaw li l-istħarriġ LDAR tal-komponenti rilevanti jsiru aktar ta’ spiss.
|
|
Artikolu 14 13
|
13. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rappurtar skont il-paragrafu 14, l-operaturi għandhom jirreġistraw it-tnixxijiet identifikati kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, u għandhom jistħarrġuhom regolarment u jiżguraw li jissewwew f’konformità mal-paragrafu 9.
L-operaturi għandhom iżommu r-rekord għal mill-anqas 10 snin u għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.
|
|
Artikolu 14 14
|
14. Kull sena, l-operaturi għandhom jissottomettu l-iskedi tat-tiswija u l-monitoraġġ kollha u rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-istħarriġ LDAR kollu imwettaq matul is-sena preċedenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu l-assi rilevanti.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operatur jemenda r-rapport jew l-iskedi tat-tiswija u l-monitoraġġ filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 15
|
15. L-operaturi jistgħu jiddelegaw kwalunkwe wieħed mill-kompiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Il-kompiti delegati ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltà tal-operaturi u m’għandhomx jimpattaw l-effettività tas-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 14 16
|
16. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni, akkreditazzjoni jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti, inkluż programmi ta’ taħriġ xierqa, ikunu disponibbli għall-fornituri tas-servizzi LDAR u għall-operaturi fir-rigward tal-istħarriġ LDAR.
|
|
Artikolu 14 17
|
17. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2008/56/KE (26) u 2013/30/UE (27) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw il-komponenti taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta li jinsabu fit-territorju tagħhom f’fond tal-ilma ta’ aktar minn 700 metru mir-rekwiżiti skont dan l-Artikolu jekk l-operatur ikkonċernat ikun jista’ jipprovdi evidenza robusta li l-impatt fuq il-klima tal-emissjonijiet potenzjali ta’ metan minn dawk il-komponenti x’aktarx li jkun negliġibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|