+Artikolu 14 2

Artikolu 14 2

2.   L-operaturi għandhom jibdew l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2 tal-komponenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-programm LDAR mill-aktar fis possibbli mill-4 ta’ Awwissu 2024.

Fi kwalunkwe każ, l-operaturi għandhom iwettqu l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2 sal-5 ta’ Awwissu 2025 għas-siti eżistenti. Mingħajr preġudizzju għall-frekwenzi stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I, l-istħarriġ LDAR tat-tip 2 imwettqa bejn it-3 ta’ Awwissu 2022 u l-4 ta’ Awwissu 2024 jistgħu jitqiesu mill-operaturi bħala l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2.

Fi żmien 9 xhur mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet ta’ siti ġodda, l-operaturi għandhom iwettqu l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2 tal-komponenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-programm LDAR.

Wara li jwettqu l-ewwel stħarriġ LDAR tat-tip 2, l-operaturi għandhom iwettqu stħarriġ LDAR tat-tip 1 u tat-tip 2 bil-frekwenzi li ġejjin:

(a)

għal komponenti ta’ fuq l-art u ta’ taħt l-art, minbarra n-networks tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni, f’konformità mal-frekwenzi minimi stabbiliti fil-Parti 1, punt 1, tal-Anness I;

(b)

għall-komponenti tan-networks ta’ distribuzzjoni u trażmissjoni, skont il-frekwenzi minimi stabbiliti fil-Parti 1, punt 2, tal-Anness I;

(c)

għall-komponenti kollha lil hinn mill-kosta, skont il-frekwenzi minimi stabbiliti fil-Parti 1, punt 3, tal-Anness I;

(d)

għall-komponenti l-oħra kollha, skont il-frekwenzi minimi stabbiliti fil-Parti 1, punt 4, tal-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.