5. B’deroga mir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta l-operaturi li jipproduċu jew jipproċessaw iż-żejt jew il-gass naturali jipprovdu evidenza, abbażi tal-kejl mill-5 snin preċedenti li ġie rrapportat mill-operaturi f’konformità mal-Artikolu 12 u vvalutat minn verifikatur, li inqas minn 1 % tal-komponenti u s-subkomponenti kollha tagħhom f’kull sit ikunu qed inixxu u li l-emissjonijiet aggregati tal-metan assoċjati ma’ dawk it-tnixxijiet jirrappreżentaw inqas minn 0,08 % tal-volum totali ta’ gass jew 0,015 % tal-massa totali taż-żejt ipproċessat jew estratt, jistgħu jiġu applikati frekwenzi differenti tal-istħarriġ LDAR għall-komponenti f’ siti fejn ma ġiet identifikata l-ebda tnixxija, soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u dment li:
|
(a)
|
għall-komponenti kollha fil-postijiet tal-ipproċessar, l-istħarriġ LDAR tat-tip 1 jitwettaq tal-inqas kull 12-il xahar;
|
|
(b)
|
għal mill-inqas 25 % tal-komponenti kollha fil-postijiet tal-ipproċessar, l-istħarriġ LDAR tat-tip 2 jitwettqu kull 12-il xahar, filwaqt li l-komponenti kollha jiġu vverifikati mill-inqas kull 48 xahar;
|
|
(c)
|
għall-komponenti kollha fil-postijiet tal-produzzjoni, l-istħarriġ LDAR tat-tip 1 jitwettqu mill-inqas kull 36 xahar;
|
|
(d)
|
għall-komponenti kollha fil-postijiet tal-produzzjoni, l-istħarriġ LDAR tat-tip 2 jitwettqu mill-inqas kull 60 xahar.
|
Jekk, wara l-istħarriġ LDAR imwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, 1 % jew aktar tal-komponenti u s-subkomponenti kollha f’kull sit ikunu qed inixxu jew l-emissjonijiet aggregati tal-metan assoċjati ma’ dawk it-tnixxijiet jirrappreżentaw aktar minn 0,08 % tal-volum totali tal-gass jew 0,015 % tal-massa totali taż-żejt ipproċessat jew estratt, l-operatur ikkonċernat għandu jkun soġġett għall-obbligi skont il-paragrafu 2 f’dak is-sit.
L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bid-derogi mogħtija skont dan il-paragrafu u għandha twettaq spezzjonijiet mhux ta’ rutina kif imsemmi fl-Artikolu 6(4).