4. Meta l-ivventjar ikun permess skont il-paragrafi 2 u 3, l-operaturi għandhom jivventjaw biss meta l-ivvampjar ma jkunx teknikament fattibbli minħabba nuqqas ta’ fjammabbiltà jew inkapaċità li tinżamm fjamma, jirriskja li jipperikola s-sikurezza tal-operazzjonijiet jew tal-persunal jew meta jwassal għal impatt ambjentali agħar f’termini ta’ emissjonijiet. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 16, l-operaturi għandhom jinnotifikaw u jipprovdu evidenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-ħtieġa li jużaw l-ivventjar minflok l-ivvampjar.