3. L-operaturi għandhom jispezzjonaw torrijiet tal-ivvampjar jew apparati ta’ kombustjoni oħra kull 15-il jum f’konformità mal-Anness IV, ħlief meta dawn ma jintużawx fuq bażi regolari. Fejn torrijiet tal-ivvampjar jew apparati ta’ kombustjoni oħra ma jintużawx fuq bażi regolari, l-operaturi għandhom jispezzjonawhom qabel kull użu.
Bħala alternattiva għall-ispezzjonijiet regolari, soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi jistgħu jużaw sistemi ta’ monitoraġġ mill-bogħod jew awtomatizzati, kif speċifikat f’konformità mal-punti (1) u (2) tal-mal-Anness IV.
Fejn jinstabu l-irregolaritajiet, l-operaturi għandhom jinvestigaw il-kawża tal-irregolarità u jirrimedjawha fi żmien 6 sigħat jew, fil-każ ta’ avvenimenti ta’ temp estrem jew kundizzjonijiet estremi oħra, fi żmien 6 sigħat wara li l-kundizzjonijiet jkunu reġgħu lura għan-normal.