1. L-ivvampjar b’effiċjenza tal-qerda u t-tneħħija mil-livell tad-disinn inqas minn 99 % u l-ivventjar tal-metan mis-sistemi tad-drenaġġ għandhom jiġu pprojbiti mill- 1 ta’ Jannar 2025, ħlief fil-każ ta’ emerġenza jew funzjonament ħażin, jew fejn ikun inevitabbli u strettament meħtieġ għall-manutenzjoni u ħlief fil-każ ta’ ivventjar f’konformità mal-paragrafu 2. F’każijiet bħal dawn, l-operaturi tal-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom jivventjaw biss jekk l-ivvampjar ma jkunx teknikament fattibbli jew ikun ta’ riskju li jipperikola s-sikurezza tal-operazzjonijiet jew tal-persunal. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 23, l-operaturi tal-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa tal-ivventjar minflok l-ivvampjar.