+Artikolu 22 Miżuri ta’ mitigazzjoni
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3
---+Artikolu 22 4
|
Artikolu 22 Miżuri ta’ mitigazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1
|
1. L-ivvampjar b’effiċjenza tal-qerda u t-tneħħija mil-livell tad-disinn inqas minn 99 % u l-ivventjar tal-metan mis-sistemi tad-drenaġġ għandhom jiġu pprojbiti mill- 1 ta’ Jannar 2025, ħlief fil-każ ta’ emerġenza jew funzjonament ħażin, jew fejn ikun inevitabbli u strettament meħtieġ għall-manutenzjoni u ħlief fil-każ ta’ ivventjar f’konformità mal-paragrafu 2. F’każijiet bħal dawn, l-operaturi tal-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom jivventjaw biss jekk l-ivvampjar ma jkunx teknikament fattibbli jew ikun ta’ riskju li jipperikola s-sikurezza tal-operazzjonijiet jew tal-persunal. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 23, l-operaturi tal-istazzjonijiet tad-drenaġġ għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti l-ħtieġa tal-ivventjar minflok l-ivvampjar.
|
|
Artikolu 22 2
|
2. L-ivventjar tal-metan permezz ta’ xaftijiet tal-ventilazzjoni f’minjieri tal-faħam li jarmu aktar minn 5 tunnellati ta’ metan għal kull kilotunnellata ta’ faħam estratt mill-minjieri, minbarra l-minjieri tal-faħam tal-kokk, għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar 2027, minbarra fil-każ ta’ emerġenza.
L-ivventjar tal-metan permezz ta’ xaftijiet tal-ventilazzjoni f’minjieri tal-faħam li jarmu aktar minn 3 tunnellati metan għal kull kilotunnellata ta’ faħam estratt mill-minjieri, minbarra l-minjieri tal-faħam tal-kokk, għandu jkun ipprojbit mill-1 ta’ Jannar 2031, minbarra fil-każ ta’ emerġenza.
Dawn il-limiti għandhom japplikaw kull sena, għal kull minjiera u għal kull operatur, jekk entità waħda topera diversi minjieri tal-faħam.
Il-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu ma għandhomx iwasslu għad-deterjorament tas-sigurtà tal-ħaddiema.
|
|
Artikolu 22 3
|
3. Sal-5 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi restrizzjonijiet fuq l-ivventjar tal-metan mix-xaftijiet tal-ventilazzjoni għall-minjieri tal-faħam tal-kokk.
|
|
Artikolu 22 4
|
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri jistgħu jużaw sistema ta’ inċentivi biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-metan abbażi ta’ tariffi, imposti jew penali, kif imsemmi fl-Artikolu 33, sabiex jiġi żgurat li l-operaturi tal-minjieri tal-faħam eżistenti jikkonformaw mal-obbligi, stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|