6. Rapporti li jkun fihom stimi tad-data annwali dwar l-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti sal-5 ta’ Awwissu 2026 u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena minn hemm “il quddiem.
Dawk ir-rapporti għandhom ikopru l-aħħar sena kalendarja disponibbli u jinkludu l-elementi stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness VIII.
Qabel is-sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti, ir-rapporti msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu vvalutati minn verifikatur. Għandhom jinkludu dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa skont l-Artikolu 8.