+Artikolu 25 Monitoraġġ u rappurtar
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5
---+Artikolu 25 6
---+Artikolu 25 7
---+Artikolu 25 8

Artikolu 25 Monitoraġġ u rappurtar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1

1.   Sal-5 ta’ Awwissu 2025 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku inventarju tal-minjieri tal-faħam taħt l-art magħluqa u minjieri tal-faħam taħt l-art abbandunati kollha fit-territorju tagħhom jew taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom, fejn l-operazzjonijiet ikunu ilu li twaqqfu wara t-3 ta’ Awwissu 1954, f’konformità mal-metodoloġija u bl-inklużjoni ta’ mill-anqas l-elementi stipulati fil-Parti 1 tal-Anness VIII.

Artikolu 25 2

2.   Mill-5 ta’ Mejju 2026, l-emissjonijiet tal-metan għandhom jitkejlu fil-minjieri tal-faħam taħt l-art magħluqa u l-minjieri tal-faħam taħt l-art abbandunati kollha fejn l-operazzjonijiet ikunu ilhom li twaqqfu wara t-3 ta’ Awwissu 1954.

It-tagħmir tal-kejl għandu jiġi installat fuq l-elementi kollha elenkati fil-Parti 1, il-punt 1.5 tal-Anness VIII li nstabu li jarmu aktar minn 0,5 tunnellata metan fis-sena abbażi tal-inventarju fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dak it-tagħmir tal-kejl għandu jieħu kejl dirett fil-livell tas-sors jew iwettaq kwantifikazzjoni fil-livell tas-sors f’konformità mal-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi applikabbli stabbiliti skont l-Artikolu 32, mill-inqas fuq bażi ta’ kull siegħa u ta’ kwalità suffiċjenti biex tkun tista’ ssir stima rappreżentattiva tal-emissjonijiet annwali tal-metan mill-elementi kollha elenkati fil-Parti 1, il-punt 1.5, tal-Anness VIII li nstabu li jarmu l-metan. Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dawk l-istandards jew il-preskrizzjonijiet tekniċi, l-operaturi tal-minjieri għandhom isegwu prattiki industrijali tal-ogħla livell u jużaw l-aqwa teknoloġiji disponibbli għall-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan. L-operaturi tal-minjieri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-verifikaturi informazzjoni dwar l-istandards, inkluż l-istandards Ewropej jew internazzjonali oħra, il-preskrizzjonijiet tekniċi jew il-metodoloġiji użati.

It-tagħmir tal-kejl għandu jopera għal aktar minn 90 % tal-perjodu li għalih jintuża għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-metan, minbarra l-perjodu ta’ qtugħ għar-rikalibrar u t-tiswija.

Artikolu 25 3

3.   Jekk l-emmissjonijiet annwali osservati tal-metan minn element elenkat fil-Parti 1, il-punt 1.5, tal-Anness VIII ikunu ta’ inqas minn tunnellata waħda ta’ metan għal 6 snin konsekuttivi fil-każ ta’ minjieri tal-faħam taħt l-art mgħarrqa jew għal 12-il sena konsekuttivi fil-każ ta’ minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art mhux mgħarrqa, ma għandu jitwettaq l-ebda monitoraġġ u rappurtar ulterjuri għal dak l-element speċifiku.

Artikolu 25 4

4.   Fuq talba mill-parti responsabbli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw il-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa u l-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunati mir-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-Parti 1, il-punt 1.5, tal-Anness VIII meta l-parti responsabbli turi li dawk il-minjieri ġew mgħarrqa kompletament għal mill-inqas 10 snin qabel id-data tat-talba.

Dik it-talba għandha tkun akkumpanjata minn rapport mill-parti responsabbli. Dak ir-rapport għandu juri l-istabbilizzazzjoni tal-kundizzjonijiet idroġeoloġiċi kif ukoll in-nuqqas ta’ ammonti materjali ta’ emissjonijiet tal-metan mill-minjiera tal-faħam rilevanti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak ir-rapport disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 25 5

5.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jirċievu evidenza affidabbli ta’ ammonti materjali ta’ emissjonijiet tal-metan minn minjiera tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa jew minn minjiera tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunata kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw għal dik il-minjiera tal-faħam.

Artikolu 25 6

6.   Rapporti li jkun fihom stimi tad-data annwali dwar l-emissjonijiet tal-metan fil-livell tas-sors għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti sal-5 ta’ Awwissu 2026 u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena minn hemm “il quddiem.

Dawk ir-rapporti għandhom ikopru l-aħħar sena kalendarja disponibbli u jinkludu l-elementi stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness VIII.

Qabel is-sottomissjoni lill-awtoritajiet kompetenti, ir-rapporti msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu vvalutati minn verifikatur. Għandhom jinkludu dikjarazzjoni ta’ verifika maħruġa skont l-Artikolu 8.

Artikolu 25 7

7.   L-operaturi tal-minjieri jew l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunati. Fil-każ ta’ użi alternattivi ta’ minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunati, id-detentur tal-permess imsemmi fl-Artikolu 26(3) għandu jkun responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 25 8

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu r-rapporti msemmija f’dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 5(4), fi żmien 3 xhur mis-sottomissjoni mill-parti responsabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.