1. Abbażi tal-inventarju msemmi fl-Artikolu 25, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ mitigazzjoni biex jindirizzaw l-emissjonijiet tal-metan minn minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa u minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunati fejn l-operazzjonijiet ikunu ilhom li twaqqfu wara t-3 ta’ Awwissu 1954.
Dak il-pjan ta’ mitigazzjoni għandu jiġi sottomess lill-awtoritajiet kompetenti sal-5 ta’ Frar 2027. Dan għandu jinkludi stadji importanti ewlenin għall-implimentazzjoni tiegħu u mill-inqas l-elementi stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VIII.