+Artikolu 26 Miżuri ta’ mitigazzjoni
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
|
Artikolu 26 Miżuri ta’ mitigazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1
|
1. Abbażi tal-inventarju msemmi fl-Artikolu 25, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw pjan ta’ mitigazzjoni biex jindirizzaw l-emissjonijiet tal-metan minn minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa u minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunati fejn l-operazzjonijiet ikunu ilhom li twaqqfu wara t-3 ta’ Awwissu 1954.
Dak il-pjan ta’ mitigazzjoni għandu jiġi sottomess lill-awtoritajiet kompetenti sal-5 ta’ Frar 2027. Dan għandu jinkludi stadji importanti ewlenin għall-implimentazzjoni tiegħu u mill-inqas l-elementi stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VIII.
|
|
Artikolu 26 2
|
2. L-ivventjar u l-ivvampjar mit-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 25(2) għandhom ikunu pprojbiti mill-1 ta’ Jannar 2030, sakemm l-użu tal-metan jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan ma jkunx teknikament fattibbli jew ma jkunx ta’ riskju li jipperikola s-sikurezza ambjentali, is-sikurezza tal-bniedem, inkluż dik tal-persunal, jew is-saħħa. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 25, l-operaturi tal-minjieri jew l-Istati Membri għandhom juru l-ħtieġa tal-ivventjar jew l-ivvampjar minflok l-użu tal-metan jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan.
|
|
Artikolu 26 3
|
3. L-użu alternattiv ta’ minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunati għandu jkun permess wara proċedura ta’ awtorizzazzjoni adattata għat-tip speċifiku tal-użu alternattiv tal-minjiera tal-faħam ta’ taħt l-art abbandunata. L-applikant għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti pjan dettaljat ta’ miżuri biex jiġu evitati l-emissjonijiet tal-metan. Id-detentur ta’ permess għandu jikkonforma mal-obbligi ta’ monitoraġġ, rappurtar u mitigazzjoni skont l-Artikolu 25 u skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 26 4
|
4. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni applikabbli speċifika għas-settur, għall-minjieri tal-faħam ta’ taħt l-art magħluqa, għandhom ikunu permessi l-aħjar prattiki ta’ mitigazzjoni eżistenti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|