2. L-ivventjar u l-ivvampjar mit-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 25(2) għandhom ikunu pprojbiti mill-1 ta’ Jannar 2030, sakemm l-użu tal-metan jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan ma jkunx teknikament fattibbli jew ma jkunx ta’ riskju li jipperikola s-sikurezza ambjentali, is-sikurezza tal-bniedem, inkluż dik tal-persunal, jew is-saħħa. F’sitwazzjoni bħal din, bħala parti mill-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 25, l-operaturi tal-minjieri jew l-Istati Membri għandhom juru l-ħtieġa tal-ivventjar jew l-ivvampjar minflok l-użu tal-metan jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan.