1. Mill-1 ta’ Jannar 2027, l-importaturi għandhom juru, u jirrapportaw f’konformità mal-Artikolu 27(1), lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti li l-kuntratti konklużi jew imġedda fi jew wara l-4 ta’ Awwissu 2024 għall-provvista ta’ żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam prodott barra mill-Unjoni jkopru biss iż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali jew il-faħam li huwa soġġett għal miżuri ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika applikati fil-livell tal-produttur li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.